Wednesday 16 March 2011

Kwistjoni t'arroganza

Skond xi servizzi ta' aħbarijiet lokali, il-ministru Austin Gatt tenna llum illi jekk il-poplu jivvota favur divorzju, dan ma għandux jorbot idejn id-deputati fil-Parlament sabiex jadottawh fil-liġi.

"Infrastructure Minister Austin Gatt insisted today that MPs should still be able to vote according to their conscience, even if the yes camp won the divorce referendum, because what the people were being asked about was a matter of conscience, not a political one." - Times of Malta

Meta nisma aħbar hekk, inkompli ninduna kemm hawn mexxejja li jafu jkunu redikoli.

Nibdew mill-fatt li dan huwa argument inutli, speċjalment bħalissa meta d-dinja qed tesperjenza żewġ kriżijiet maġġuri, b'waħda minnhom li tant tolqot lil pajjiżna. Id-dritt tad-divorzju huwa dritt ċivili li bl-ebda mod ma jobbliga lil min jiżżewweġ sabiex jiddivorzja!

F'każ ta' żwieġ fallut, u wara tentattivi serji sabiex dan jiġi rkuprat, ma nara xejn li jmur kontra l-valuri jekk il-koppja tiġi meħlusa mir-rabta ċivili tagħhom filwaqt li tiggarantixxi t-trobbija tat-tfal.


Dwar it-twemmin Kattoliku, naqbel ma dak li kiteb illejla sieħbi Istivan fuq Facebook:
"There's no reason why Catholics should have a problem with a divorce law. If you're Catholic, technically divorce doesn't apply to you, so the law changes nothing, while letting others have a life. Or is it that Catholics: (1) Want to enforce their beliefs on everyone, and (2) don't trust each other to abide by Catholic regulations? In which case, there's even more reason to pass this friggin' law"

Allura nistaqsi b'liema arroganza jista xi ħadd elett mill-poplu, jissuġġerixxi li l-Parlament imur kontra r-rieda tal-istess poplu?


Għaliex l-istess ħsieb ma ġiex suġġerit meta l-poplu ħareġ jivvota favur is-sħubija sħiħa mal-UE? Jidhirli li l-istess Ministru kien ħadha bi kbira meta Alfred Sant kien interpreta r-referendum b'mod differenti minn norma! (ara hawn biex tifhem xi rrid ngħid)

Filwaqt li nammira lil dawk il-membri parlamentari li kapaci jivvutaw kontra dak li "tirrikkjedi" in-norma, nittama li kollha kemm huma jirrealiżżaw li Malta tinsab iżżeffen f'logħba ta' poteri bejn il-mexxejja kosmetiċi Ewropej u dawk għomja, Nord Afrikani.

Thursday 10 March 2011

Il-ġisem u ċ-ċensura

Lura minn Bari u mill-Karnival ġewwa l-villaġġ ta' Putignano. Karru ta' qisien ġiganteski, jirrapreżenta l-jum u l-lejl, permezz ta' żewġ figuri umani, parzjalment għarwenin. Kuntest satiriku u grottesk fejn il-ġisem mhux ċensurat, fejn forsi t-tbissima li jitrasmettu jgħelbu t-taboos li numru ta' kulturi sa minn dejjem kienu jafu jimponu.


Niġi għall-punt.

Nibqa' nistgħaġeb kif fid-dinja tal-llum, il-media, iżda wkoll il-mentalità ġenerali tibqa' tagħżel li tiċċensura l-ġisem tal-bniedem anki meta dan ikun espost f'kuntest naturali, eleganti jew/u artistiku.

Dan il-fatt jiffrustrani minnu nnifsu iżda l-frustrazzjoni tikber meta niftakar li minn naħa l-oħra ftit li xejn niddejqu nitrasmettu jew nirrappurtaw xeni vjolenti; kemm dawk fiżiċi u dawk psikoloġiċi.

Jinqala' dibattitu sħiħ jekk titfaċċa żejża fuq riklam. Ironikament, l-istess nies li jitkażaw quddiem xena hekk, ikunu dawk li probabilment jaffaxxinaw ruħhom (jew għall-inqas, hekk jgħatu mpressjoni) quddiem biċċa arti rinaxximentali.


Mhux ta' b'xejn li bqajt skantat kif imbagħad ma ntqal xejn meta riklam ta' ditta popolari tal-ġugarelli tat-tfal, f'xena ta' żona residenzjali minn tagħha, inkludiet pupu qed jixxabbat mill-"convertible" b'pistola f'idu! Dan kien riklam prominenti fuq bus stop fix-xatt ta' Tas-Sliema!

Qed niftakar f'mument ieħor, ġewwa Għawdex. Tifel ta' xi sentejn jispara b'pistola lejn arcade video game akkumpanjat b'tant "injoranza" minn missieru.

Allura ngħid jien fejn hu l-periklu? Certu films u ċertu drama maltija, mhux iktar perikolużi minn ġisem espost ta' mara jew raġel?