jew tibla xi riħ.
Mhux żmien li tinkixef,
tiġġerra fil-ksieħ.
X'qed tagħmel hawn barra?
Ingħalaq fis-skiet.
Taf sew li dan moħħi,
ma jrid l-ebda nkwiet.
Fuq ġewwa l-kuluri!
X'ħriġt tagħmel fid-dlam?
Int tad-demm u l-laħam,
jew qalb tal-injam?
![]() |
| Triq San Pawl... qabel u wara t-tkissir |
"Bongu , nixtieq lil familja u il hbieb il milied u is sena it tajba mimlija saha u paci u jekk em xahat miggiled jirangaw u jattu il festi it tajba il xulxijn"Hemm xi żżid? Madre Teresa kienet esprimiet xewqa li tkun qatra f'oċean li tqajjem xi mewġa ħafifa. Mhux b'omeliji tedjanti jew xi akkademja diffiċli imma b'ġesti sempliċi, bi tbissima sinċiera u appuntu b'ġojja lejn kull persuna li tmiss magħna rridu ngħixu din il-ħajja. Hekk, bħal Clive.
"Li tgħamel huwa att kreattiv. Id-differenza li tiddistingwi lill-artist hija il-livell ta' użu tal-manwalità, idejh u kemm iħallihom liberi li jaġixxu – kemm fuq livell artistiku kif ukoll dak produttiv. Lili l-produzzjoni manwali tgħoġobni jekk toħloq, imma huwa inti li trid tfassal lingwaġġ personali u l-biċċa xogħol innifisha! Hekk kif jiġri fil-poeżija, li tlaħħam dinjiet varji permezz ta' kliem u hi kapaċi tagħti forma viżibbli lir-ruħ ta' kull oġġett, l-użu u s-sbuħija tagħhom."1
"Apparti dawk il- ftit eċċezzjonijiet, waħda jew tnejn, li m'għandix għalfejn insemmi, irridu nammettu li l-maġġoranza tal-artisti ma huma xejn ħlief annimali ta' ċertu sengħa, artiġjani puri, intelletwali tal-villaġġ u mħuħ sempliċi. Il-konverżazzjonijiet tagħhom, li huma neċessarjament limitati fi ċrieki dojoq, isiru, f'kemm ili ngħidlek, insopportabbli għar-raġel tad-dinja, iċ-ċittadin spiritwali tal-univers."3Nittama li aħna l-artisti Maltin inkunu għaqlin biżżejjed li naħarbu din id-deskrizzjoni b'kull ħila li għandna u b'irġulija!
"When I wrote a letter of appointment for David Felice, I took into consideration his experience within the cultural sector, his love for our capital city and his professional competence..."Filwaqt li nirrikonoxxi li kull figura f'kariga hekk diffiċli tkun simpatika ma' kulħadd, nemmen li din il-ħatra tant sensittiva għandha dejjem tkun imfassla fuq il-kriterji msemmija mis-Sur De Marco – persuna li huwa stess, b'sempliċità u umiltà, dejjem wera rispett u riverenza lejn il-Kultura nġenerali. Filwaqt li nittama li Micallef ser jistinka sabiex jaqdi dawn il-kriterji, nammetti li kont narah iktar adatt għal ambjenti medjatiċi, fejn rawwem l-esperjenza vasta tiegħu u fejn anki l-Prim Ministru kien jirrikonoxxih. Nemmen ukoll li ċertu kummenti li Micallef ġieli għadda fuq facebook ma humiex mistennija minn persuna ta' kariga mportanti - biss konvint li quddiem kariga nazzjonali, mhux partiġġjana, ikun hemm rieda tajba. Nistenna bi ħġari wkoll li nisma dak li għandu xi jgħid dwar din il-ħatra. Jien bħala Belti li għandi dan it-titlu u l-kultura tant għal qalbi, nittama wkoll li jkolli ċ-ċans li inkellmu wiċċ imb'wiċċ sabiex niddiskutu flimkien bħalma għamilt ma' persuni oħra nvoluti.

Iva, hawn min jivvota lil Partit u mhux ieħor, għax sieħbu kandidat
magħhom jew għax ma jiftakarx meta kien l-aħħar darba li ħa buzz daqs
l-aħħar meeting li attenda. Hawn Laburisti u Nazzjonalisti li lanqas
biss jafu għalfejn ser jivvutaw kif ser jivvutaw."Ordni stabbilit ta’ madwarna; ordni li ħafna drabi jippreżenta ruħu bħala ‘normali’ jew ‘aċċettabbli’. Meta wieħed jgħarrex ftit aktar fil-fond, però, jintebaħ li hu ordni li jimponi ċerti regoli ta’ ħsieb u aġir. Dawn ir-regoli mhux dejjem jirrispettaw għal kollox il-persuni jew aħjar l-individwalità partikulari tagħhom."U hawn fejn jidħol ħelu ħelu kumment li darba rċevejt mingħand uffiċċjal tal-Gvern li kien qalli (mhux nikkwota eżattament minħabba li mhux insib il-korrispondenza): "Ma tistax tippretendi li ssib xogħol mal-Gvern jekk tikkritika lill-Gvern pubblikament!". Grazzi għal dak il-kumment iddeċidejt li b'libertà responsabbli, nitkellem favur dak li nqis tajjeb u nikkritika dak li nixtieq nara jitjieb. Li nixxennaq u nokrob għall-mewt kiefra tal-mentalità dualista li ħakkmet lill-pajjiżi. Li nkompli nirsisti favur strutturi li, minflok jitwerwru, jilħqu l-orgażmu meta jsibu kritika. Il-kritika; l-uniku mezz ta' żvilupp kemm -il darba jkun hemm widnejn tajbin sabiex jisimgħu, jixtarru u jinterpretaw.
Il-kodardja politika tax-xena artistika lokali: Attakk personali sfrenat ta DCG fuq KZT....u bhas-soltu kulhadd sieket. Ghax jekk tparla jittimbrawk. Ghax jekk tparla taqa' ghal livell baxx tal-antagonist tieghek. Id-dekor personali taghkom ma jiswiex centenzmu. Mank kollega pittur sabiex jirribatiha? Mank esponent tal-muziak klassika (li ghalija KZT indubbjament jirsisti hafna) ma jiftah halqu pubblikament fuq vilifikazzjonijiet simili?Hemm bżonn li l-artist Malti iqum isemma opinjoni, bajda jew sewda, taqta' kemm taqta'... inutli l-passività f'ambjent fejn is-soċjetà għandha bżonn ħsibijiet li jeċitawha u jqanqluha fil-profond. Mhux li kien nintebħu, illum qabel għada bil-bżonn li nwaqqgħu l-ħitan li jżommuna milli nkunu aħna. Ejjew nibnu kultura ġdida ta' parteċipazzjoni soċjali u mhux individwaliżmu li jifred. Ejjew nindunaw li aħna li ngħixu fl-arti u bl-arti rridu nkunu fuq quddiem li nitkellmu dwar dak li hu. Hu kif inħossu li hu. Ma jistħoqilniex nilbsu l-kpiepel tal-arti jekk ngħażlu l-irdoss tal-aljenazzjoni aħna wkoll. Hemm bżonn rekord ġdid.
Filwaqt li b'emozzjoni nirrepeti n-noti ħelwin għasel tal-Innu lil San Pawl Nawfragu, miktub minn Dun Frans Camilleri lura fl-1945, ma nistax ma nerġax inġedded l-idea f'moħħi ta' dan il-persunaġġ storiku li frott esperjenza ta' konverżjoni, kien ispirat jinbidel u kien ta' ispirazzjoni għal ħafna sabiex jinbidlu.“... the Government’s vision in broadcasting has always been and still will be that to be proactive and innovative.
The change in Maltese broadcasting dates back to the early 90′s” reiterated Dr Gonzi, when PBS was established to replace Xandir Malta.
We brought a revolution in broadcasting when at that time we only had two radio stations and now we have thirteen who broadcast on the FM with several other broadcasting on the digital platform that add up to the several community radios”
(minn: http://tvm.com.mt/news/pbs-creativity-hub-inaugurated/)Nistaqsi... xi tfisser eżatt dik il-"we" u kif tintuża fit-tielet paragrafu? Aħjar nidħak! Jekk ir-referenza lejn il-PN hija minnha, allura vera qed immissu l-qiegħ meta f'okkażjoni, suppost prestiġġjuża ngħamlu propaganda partiġġjana.