Ħafna jistaqsuni "imma għaliex 'tberfil'?"
It-tberfil hija arti tradizzjonali Maltija u Mediterranja li ftit għadhom japprezzaw. Hija espressjoni li ftit jipprattikaw u bil-mod il-mod, qegħda tintilef. Dari kienet tintuża sabiex jiġu ddekorati karettuni u trakkijiet, fosthom ix-xarabanks li ħallewna fit-3 ta' Lulju 2011.
Direttament relatat ma' dekorazzjoni u "kitba", jew aħjar, tipografija, ħassejt li nista' nuża l-ġesti mexxejja, iżda meqjusa tal-pittur bil-pinzell f'idu bħala metafora tal-kitba tiegħi li, għalkemm ftit japprezzaw, fiha ħafna ħsieb u ntenzjonijiet ta' rieda tajba.
ritratt minn: leftylemur.blogspot.com
No comments:
Post a Comment
Ikkummenta hawn