Thursday 22 December 2011

Minn 1 sa 5; il-kriżi u r-ristoranti mimlijin

Triq ir-Repubblika miżgħuda bin-nies. Il-ħwienet mimlijin sa ruħ ommhom u bħalissa lanqas noħlom nibbukkja ikla, imqar waħdi. Allura fejn hi l-kriżi? Fejn huma l-Maltin imbikkma għal żieda fil-paga jew għax għola l-fuel? Fejn huma l-koppji żgħar li qed jippjanaw sabiex fil-Milied tal-2060 jiccelebraw il-ħlas tas-self li ħadu mill-Bank dinji li ser jgħalaq xi ħames friegħi lokali?

minn Malta Today

Ittih tort lil Prim jistaqsi dan kollu u jiftaħar li l-ekonomija Maltija sejra ħażin minħabba x-xenarju dinji biss? Ittih tort lil Prim jindika li l-mod kif investejna s'issa għandu jibqa' jsir? Allura bir-raġun li għandna biex niftaħru għar-riżultati li ġibna din is-sena u għal dan il-ġid li qed jiccirkondana.

minn Times of Malta



Stqarrejt b'mod car l-ammirazzjoni kbira tiegħi lejn il-komiku Taljan, Maurizio Crozza. Artist ntelliġentissimu, li jaf dak li qed jitħadded dwaru. Artist li b'ironija u stil liema bħalhom, jikxef id-difetti fix-xenarju politiku Taljan. Ħasra li din il-ġimgħa ser naraw l-aħħar edizzjoni tal-prestazzjjonijiet tiegħu ta' 90minuta f'ITALIALAND.



F'mumenti nisma lil Crozza u nistħajlu qed jirreferi għal Malta. Ninduna kemm iż-żewġ xenarji politici huma f'sitwazzjoni 'komika' simili, b'Ministri li tista xxebbaħhom ma' persunaġġi tal-films animati ta' Walt Disney. Joħroġli d-dmugħ meta nisimgħu jistaqsi dwar Ministru li ma jifhimx x'iġifieri jnaqqas il-paga tiegħu ta' €31.000 fix-xahar... u  niftakar kif anki f'Malta, numru mdaqqas ta' Ministri ma ħasbuhiex darbtejn li jieħdu żieda ta' €500 fil-ġimgħa!

Bħalissa ftit ikollok cans taqra u allura ser ngħażel li nieqaf hawn. Ngħalaq bil-kumment ta' l-istess Crozza li filwaqt li kien qed jitħadded dwar Berlusconi, kważi kważi ħsibtu qed jikkwota lil Prim jew xi Ministru prominenti Malti. Filwaqt li għadd minn 1 sa 5, wassal messaġġ inkonfondibbli lil dawk li jridu jisimgħu.


Insellimlek u nawguralek Milied hieni.

Tuesday 13 December 2011

Aħbarijiet inutli

Għadni kif smajt l-aħbarijiet ta' nofsinhar fuq One Radio; skeda ta' aħbarijiet sħiħa, maħsuba sabiex twassal infomazzjoni lis-semmiegħ. Imma nibqa ma nifhimx din l-ossessjoni li ngħalqu l-kollezzjoni b'aħbar li sincerament ma nifhimx ir-relevanza tagħha!


Illum, l-aħbar ta' traġedja fic-Cina fejn vann mimli tfal waqa' f'gandott sabiex jevita milli jaħbat ma' karozza, bit-tfal jisfaw mejta! Issa ngħid jien, apparti li tkexkex meta semgħa l-istorja, x'ħa is-semmiegħ ta' One minnha? Fuq liema kriterji tintgħażel storja bħal din biex tiġi nkluża fir-rapport?

Ma nafx imma forsi aħbarijiet bħall-ħatra ta' President ġdid fit-Tunesija jew ir-riżenja tal-Kanada mill-protokoll ta' Kyoto ma jistgħux jinfurmaw aktar lis-semmiegħ?

Wednesday 7 December 2011

Moħħna mistrieħ...

Illum il-Partit Laburista għoġbu jgħatina x-xorti li naraw l-ewwel billboard 'intelliġenti' fix-xena tal-marketing lokali. Fl-aħħar xi ħadd għażel is-satira jew, kif tgħallimt fil-lezzjoni tal-letteratura Ingliża, "mocking".


Iva, naħseb li huwa pass kbir għax-xena tar-reklamar f'Malta iżda wkoll incentiva sabiex is-satira ssir lingwaġġ accettat.

Forsi issa huwa ż-żmien ideali sabiex anki sħabna tal-Karnival jistaqsu għalfejn is-satira qatt ma ngħatat cans tkun applikata. Imma wara li cedew li ż-żfin joħroġ mill-kapitali u l-abbandun tal-proġett tal-bini tal-barracks, konvint li moħħhom mistrieħ li Gonzi jgħati każhom.

Inħarsu 'l quddiem. Grazzi Mulej!

Wednesday 30 November 2011

Il-Maltin isawwtu lill-Maltin

Illum facebook inħakem minn għadd sostanzjali ta' partitarji fidili lejn iż-żewġ partiti l-"kbar" (jistħoqqilhom dak l-aġġettiv?) li b'demmhom ibaqbaq, ippostjaw videos u ritratti ta' meta, lura fis-snin, uħud minn missirijietna (naħseb minn kien moħħu f'postu kien id-dar ma' uliedu) kien għoġobhom jgħamlu sessjonijiet free for all fit-toroq tal-għażiż pajjiżna. Titli bħall "Dak li ħaddieħor irid inessi" jixraqilhom rispett li kieku qegħdin fuq faccata ta' xi rumanz letterarju. Sadattant iva, nitbissem.


Għadni kif qrajt u smajt li l-Prim għadu kif inawgura kampanja li tfakkar il-25 anniversarju minn mindu x-xjaten ħomor, allegatament jew mhux, kienu vjolenti mal-arkanġli nnocenti l-blu.

Eżemplari l-Prim! Bir-raġun din il-ħeġġa fuq facebook, din ir-ragħwa mal-ħalq. Jippostja xi ħaġa Cikku u f'kemm ili ngħidlek ikollu xi 50 'like', 20 'share' u xi 200 'oh no, not again'.

Tiskanta kif il-Maltin għadhom jiccelebraw mumenti meta l-injoranza, sforz il-partiġġjaniżmu, spikkat fl-aqwa tagħha. Tiskanta kif persuni, li nqishom mal-kategorija ntelliġenti, kważi kważi jgħatuk impressjoni li jixtiequ "tpattija" sforz il-memorja.

Għall-grazzja tal-ħanin Alla, xi ħadd ippostja l-videoblog ta' Saviour Balzan, li kważi kważi kien ser ineħħili x-xewqa li nikteb din il-bloggata għax tassew ġabar ħafna punti krucjali b'mod essenzjalment intelliġenti u galbat. Grazzi Sur Balzan.


Wara l-ewwel xahrejn tiegħi l-Università, dik l-istituzzjoni li tant niftaħru biha meta niġu għal statistici u press releases, nidħak iktar meta niftakar li dawn iż-żewġ partiti 'żgħar', u l-mibgħeda li jkomplu jinsġu fil-partitarji tagħhom, huma l-ewwel ostaklu għall-istess intelliġenza tal-poplu Malti.

Fl-aħħar nistaqsi u ninnota... Ma ngħamlux mod li min jixxerja dawn il-videos jiġi mogħti stilla fuq il-pitazz tal-Partit rispettiv hux? Jew forsi diġà ddobba xi stilla? Forsi xogħolu jiddependi mill-kumpanija politika li tant jissapportja u allura ma jridx li din titlef il-poter akkost ta' kollox? Minjaf? Kos! Tgħid min jippostja dawn il-videos jifhem li anki hu qed isawwat... l-intelliġenza ta' ħaddieħor?

Friday 11 November 2011

Video dwar Malta

Xi ħadd talabni nitfa dan il-video fuq il-blog. Blogger mhux jirnexxielu jsibu u jinkludih bħala embedded video biss tistgħu tikklikkjaw fuq il-link.

Jidher li qed jikseb popolarità dal-blog! Grazzi ħbieb.

Tuesday 8 November 2011

Jiddependi - minn fejn tħares

Lou Bondì - probabbli wieħed mill-aqwa ġurnalisti televiżivi Maltin ngħiduha kif inhi - specjalment jekk tqis is-success li kellha kull trasmissjoni li dderieġa. Insegwi u nammira l-metodi assertivi u mill-ifjen kif jipprova jixref jisposta minn fuq ilsien il-mistieden, kważi priża, tiegħu, imma nispicca rritat u rrabjat quddiem il-mod kif kull argument jispicca b'xi mod jinterpretah minn perspettiva li tixħet dawl sabiħ fuq il-Partit Nazzjonalista u persunaġġi relatati - specjalment f'daż-żmien prekarju.

Eżempju car illejla: id-diskussjoni titratta l-vot ta' fiducja li l-Prim Ministru talab lil Parlament. Bondì jibqa jiddeskrivi l-vot tal-PL bħala vot sabiex jaqa' l-Gvern minflok vot kontra din il-mozzjoni tal-Prim! Il-perspettiva li tixħet dell fuq l-oppożizzjoni terġa tirrenja. U nistaqsi għalfejn ġaladarba jidhirli li Bondì huwa ġurnalist indipendenti.

Wara ftit - Bondì jqajjem argument off the cough sabiex il-mistieden Anġlu Farrugia, jfiehem għalfejn il-PL m'għandux fiducja fil-Prim. X'ikun l-argument off the cough? - lanqas temmen, il-Libja! L-uniku xenarju politiku fejn iż-żewġ partiti qablu u fejn il-PL ħadmu id f'id mal-Gvern. L-uniku xenarju fejn Anġlu Farrugia ma setgħax jikkritika lil Prim. Lanqas fis-Super 5 ma taħqrek hekk ix-xorti għażiż Sur Farrugia!

Interessanti l-pressjoni sabiex ikun jaf il-pjanijiet li għandu l-PL jekk dan ifettillu jkun fil-Gvern imma fl-istess ħin juri filmat fejn il-Prim illejla fil-Parlament iccelebra l-fatt li l-protesta tal-Ġimgħa li għaddiet, ma kinetx ta' pensjonanti li mhux ilaħħqu mal-ħajja, ta' familji bil-ġuħ jew ta' studenti li m'għandhomx access għall-edukazzjoni, imma ta' nies li sabu li r-riformi fit-trasport pubbliku ma ffunzjonawx! Tibqa' bla kliem - imma wara kollox huwa l-airtime tiegħu, ngħiduha kif inhi! U allura ħa nħallih bi kwietu issa.

Qed ngħixu politika fejn minflok nammettu żbalji ħoxnin li qed isiru fl-amministrazzjoni bħalissa, nippuntaw subajna u kważi nwaħħlu f'min jixtieq u jaspira li jmexxi fis-snin li ġejjin! Il-Prim, minflok jirrealiżża li għandu l-poter, u allura c-cans li jtejjeb il-pajjiż, jibqa jistaqsi għaliex il-kap tal-oppożizzjoni mhux jgħati proposti u ideat!

Minflok nirrealiżżaw il-ħxuna (le mhux tar-ritratt streccjat ta' Franco Debono waqt Bondi+) ta' deciżjonijiet irresponsabbli li setgħu saru, nibqgħu niccelebraw lill-Prim li waqt xi diskussjoni tenna li "filwaqt li f'Malta qed nargumentaw fuq it-Trasport Pubbliku, fil-Grecja qed jiddiskutu l-kriżijiet tal-Ewropa".

Kif jgħid seħibna Jarabe de Palo fil-kanzunetta singolari tiegħu "Depende", huwa krucjali l-punt minn fejn tħares lejn id-dinja sabiex tinterpreta dawn is-sitwazzjonijiet. Jiddependi iva; jekk tħarisx minn nuccali b'lentijiet blu jew lentijiet ħomor. Jiddependi iva; jekk intix intelliġenti biżżejjed li ma tilbisx nuccali u tara l-kuluri vera tar-realtà.


Għaddiet serata oħra fejn il-Parlament grottesk Malti (li għalieh Renzo Piano ikkomprometta r-reputazzjoni tiegħu mal-Maltin) reġgħa vvota 34/35. Vot li jħalli lil Partit fil-Gvern jiccelebra l-gażaża li għandu f'ħalqu filwaqt li għandu l-ħarqa mimlija residwi jintnu. Vot li jħalli lill-oppożizzjoni tibki għall-istess gażaża li taf li ma għandiex cans għaliha! Vot li probabbli ser jiżdied fl-istorja u jintesa għax il-poplu tant hu aljenat li xorta waħda għadu jlibbes in-nuccalijiet lill-uliedu sa mit-twelid; hekk kif għadha trawwmu l-media ġeneralment immatura maltija.

Diżgustanti!

Saturday 5 November 2011

Prattici politici alternattivi

Bħal fuq mejda fejn fuq naħa ssib ħlewwiet liema bħalhom u fuq oħra ssib ikel imżewwaq b'kaloriji numerużi, ix-xenarju politiku Malti. Għaldaqstant, tiġi xewqa naturali li tfittex platti ġodda.


Michael Briguglio waqt dawn is-sbatax -il minuta fl-istudjo ta' Lou Bondì, ħallieli togħma tajba. Nammetti li l-karriera mużikali mżewwqa ta' Briguglio teffettwani filli nħares lejh bħala bniedem li ma jgħix fuq pedistalli għaldaqstant mhux sorpriż bid-deskrizzjonijiet u l-kritika tiegħu lejn iż-żewġ partiti l-kbar.


Sfortunatament hemm principji tal-AD li xorta waħda ma naqbilx magħhom, specjalment l-ecitament li jesprimu lejn l-Unjoni Ewropea, biss, nistqarr li hija issue minuri meta nqabbilha mal-opportunità li dan il-pajjiż jista sa fl-aħħar ikollu rappreżentant minn partit ieħor fil-Parlament.

Uħud isostnu li dak ikun xenarju perikoluż. Iżda kemm hu aktar perikoluż ix-xenarju ta' vot ta' fiducja dwar Ministru, li jiġi konkluż b'vot retoriku ta' Speaker li m'għandux għażla ħlief li jissapportja l-idea tal-gvern? Nippreferi vot maħsub ta' kandidat "liberu" miż-żewġ partiti l-kbar milli vot indeskrivibilment patetiku fl-għola struttura politika ta' dan il-pajjiż "suppost" avvanzat!

Nittama biss li specjalment quddiem il-vot ta' fiducja għall-gvern li ser jittieħed nhar it-Tlieta, l-AD jirrealiżżaw l-imminenza ta' elezzjoni. Nittama li għaddiet minn rashom l-idea li jattiraw fosthom parlamentari li għandhom opinjoni bħal Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u Franco Debono. Nidħak meta naħseb kif dawn it-tlieta għadhom jimmilitaw f'partiti, li għandhom rashom fir-ramel tal-istatuti. Il-każ ta' Engerer huwa iktar inkoncepibbli meta tqis li dan niżel minn fuq Ostrich biex jirkeb oħra!


Persunaġġ ieħor li nara fix-xenarju politiku mhux partiġġan huwa żgur ix-xjentist, kandidat għal premju Nobel, Marco Cremona. Nispera fil-ħanin Alla li persunaġġ tant validu ġie kkonsultat u/jew ikkunsidrat minn Briguglio!

Issa naraw. Forsi l-magni kummercjali tal-AD huma żgħar jew saħansitra ineżistenti imma żgur li hemm meżżi u modi kif tasal iktar u tasal aħjar. Illum hemm faxxa ikbar ta' poplu li qamet mill-aljenazzjoni politika u hija din il-faxxa fejn l-AD għandha tibbaża l-ħidma tagħha.

Monday 10 October 2011

Monumenti

Ilbieraħ ġie inawgurat monument f'isem il-kelba Star li sfortunatament mietet mewta kiefra sforz l-injoranza u l-qalb ineżistenti ta' sidha iktar kmieni dis-sena.

Ma naqbel xejn ma' l-ebda tip ta' vjolenza jew abbuż lejn l-ebda ħlejqa ħajja, biss f'din is-sitwazzjoni, għandi riżervi dwar monument li jfakkar din il-ġrajja kerha. Nifhem l-argument ta' sieħbi Etienne li jemmen li dan huwa simbolu tar-rispett li għandna jkollna kemm lejn ħutna umani u kemm lejn l-annimal. Nifhem ukoll lil Ivan li jħoss li dan l-episodju tant laqat nies mad-dinja kollha li għandu jiġi mfakkar biex ma jiġix repetut.


Biss jien nistaqsi jekk bħal f'ħafna okkażżjonijiet oħra, il-kuncett ta' monument f'Malta sar ikkummercjaliżżat għal kull okkażżjoni, saħansitra biex jitfakkar incident tat-traffiku! Inħoss li f'każijiet simili, il-monument jispicca jirredikola l-ġrajja u mhux jgħolliha. Jaljena lill-poplu u mhux ifakkru.

Nirrikonoxxi, kif qal sieħbi Renzo li l-kuntest fejn ġie inawgurat il-monument, fl-Animal Welfare Centre jgħamel differenza għax huwa kuntest relatat mat-tema.

Il-biżà tiegħi hi li l-monument jieħu post il-ħidma sabiex inrawwmu għarfien fost il-poplu (specjalment il-mexxejja tiegħu) dwar l-imħabba lejn l-annimali u l-ambjent kollu. Jieħu post l-għajnuna li tingħata lil min ma jaffordjax jgħati kura jew iraqqad lil xi annimal marid, fi ftit kliem jieħu post dak li għandu effett fuq skala mhux sensazzjonali imma sensittiva.

Il-biżà tiegħi hi li l-kaccatur jibqa jispara lejn l-għasafar imma tagħhom ma' ngħamlux monumenti.

Il-biżà tiegħi hi li ma ngħamlux monument għal tant siġar, flora u fawna li nqerdu, b'tant moħqrija, sabiex tinbena xi villa jew xi appartamenti bil-veduti, specjalement f'postijiet protetti, bħall-widien.

Il-biżà tiegħi hi li s-sistema edukattiva Maltija li teccella u tiftaħar għall-livell għoli f'suġġetti mill-iktar innovattivi bħall-IT, hija nieqsa minn tgħalim bażiku ta' rispett lejn l-ambjent inġenerali, anki meta jidħlu nteressi personali. Dan huwa aktar gravi meta tikkunsidra li certu eżempju ħażin jingħata minn persuni ta' kalibru u ta' pożizzjoni għolja li jgħamlu li jridu meta jiġu biex jinvestu f'xi proġett ta' kostruzzjoni. Xempju car ta' dan hija l-kanzunetta Lil Malta tal-awtur bravu Walter Micallef.


Allura jien ma naccettax li nkun aljenat minn awgurazzjoni ta' monument waqt li xi għaref li vvutajtlu qed jgħamel agħar, f'ismi u f'ismek! Nistaqsi l-valuri Maltin illum fejn jinsabu minflok u jekk il-monumenti li aħna miżgħudin bihom ifakkurniex jew jaljenawniex.

Tuesday 27 September 2011

Il-Valletta u l-abbatini

F'dawn l-aħħar jiem staqsejt lili nnifsi x'seta' jerġgħa jgħatini l-ħeġġa li nikteb. Kien żmien antipatku fejn tħossok niexef minn kull opinjoni. Biss illum xi persuni qrib tiegħi reġgħu laqtuli l-kordi tant sensittivi għalija li jmissu lil Belti u lil niesha.

Kollox beda mill-famuż rekord kalcistiku li mill-1983 sa ġimgħa ilu, Hibernians FC kienu jħaddnu. Rekord li fl-għola livell tal-futbol Malti, rajnihom ma jitilfux 37 loghba konsekuttiva. Ġara, iżda li l-Ħadd, 18 ta' Settembru, Valletta FC irnexxielhom jilħqu l-istess rekord u allura l-konfront tal-bieraħ li nzerta kontra l-istess Hibernians, kien ifisser li Valletta FC setgħu laħqu rekord ieħor.

Kulħadd jaf x'ġara kemm fil-logħba u anki barra. Kulħadd jaf li l-capitano għamel foul ikrah, tkeccew 3 plejers beltin u Hibs rebħu din il-partita. Il-kelma ġriet ukoll li kien hemm xi partitarji Beltin li attakkaw partitarji Pawlisti. Bħalma jiġri dejjem, ilbieraħ kulħadd sar jifhem fil-futbol Malti.

Kif diġa semmejt, kien hemm min bgħat jgħidli li wara il-loghba kien hemm xi partitarji li aggredew lil Pawlisti bla ma ntervjenew il-Pulizija u f'mument ieħor, xi partitarji nfexxu jgħajjruh hekk kif rawh jiccelebra r-rebħa fi triqtu lura. Xi ħadd ieħor filwaqt li ammetta li tal-Belt jafu jghamlu l-ahjar support, tenna li tal-Belt m'huma sports xejn għax fil-final tat-trophy, ġara li ġara.

Niskanta kif nies ta' certu ntelliġenza, nies li għandhom ir-rispett komplut tiegħi jafu jkunu kapaci jgħaddu kummenti li jiġġeneraliżżaw u jitfgħu dell ikrah fuqi u beltin bħali li għalkemm ħadd u xejn ma jmissilna l-imħabba lejn Beltna u dak kollu li hu Belti, nafu nirraġunaw b'moħħ u qalb sportivi, b'moħħ u qalb intelliġenti, b'kuxjenza matura.

Nistaqsi jekk hux f'kull grupp ta' partitarji mad-dinja kollha ssibx min jitlef rasu, issib min jinfexx joffendik bil-familja u ssib min m'għandux idea ta' spirtu sportiv. Possibbli ma jimmaġinaw lil ebda partitarju Belti għaddej għall-affari tiegħu li jaqla tajjira minn partitarji opposti? Possibbli? Jew tassew minnu li l-partitarji mhux Beltin huma kollha full-time abbatini jew arkanġli?

Uħud jgħiduli "iktar int teħodhom bi kbar Pawl!". X'inhu l-punt li tant iweġġgħani?

Il-punt li jweġġa huwa li dan it-tip ta' kummenti ħorox joħorġu biss meta fin-nofs ikun hemm il-Beltin. Wisq nibża li fil-ġewwieni, il-kummenti m'humiex indirizzati lejn il-klabb imma lejn il-Beltin bħala komunità. Komunità, li għal kuntrarju ta' dak li sostna ufficcjal li kellimt ftit tal-ġimgħat ilu flimkien mas-Sindku tal-Belt, Alexiei Dingli, għadha tkaxkar stigma. Stigma li nibtet snin ilu meta l-Belt, riżultat tar-riġenerazzjoni ta' wara il-gwerer, rat fiha kull tip ta' nies, bħal f'kull belt imġarrba oħra. Stigma li llum għadha tiġi rreklamata minn ħafna, hekk kif jisimgħu li Belti wettaq xi att kriminali.

Inzerta wkoll li sforz l-appartenenza li għandha din il-komunità lejn il-klabb tal-futbol li jirrappreżentaha, l-attendenza fl-istadium spiss tkun imdaqqsa u aktar minn dik avversarja b'possibiltà akbar li jattendu wkoll persuni li l-interess tagħhom mhux ġenwinament l-isport.

Il-klabb belti spiss ikun fil-quccati, jitħabat għat-titli u jilgħab logħbiet finali, waħda wara oħra. Partiti jaħarqu, li fihom tikber it-tensjoni u fejn facli xi hadd jitlef rasu u jidher fil-gażżetti. Facli tgħid li l-partitarji ta' Bubaqra huma pacifici ngħidu aħna!

Bħalma dejjem għamilt, bl-ebda mod ma nifraħ lil partitarju jew plejer tal-Valletta FC u/jew Belti li jaggredixxi jew iġib ruħu b'mod mhux sportiv. Ma naqbilx lanqas ma min jifraħ quddiem atteġġjamenti hekk.

Il-kummenti retorici ta' nies li jaslu għal konklużjonijiet mhux infurmati, jirritawni mmens. Iktar u iktar meta certu nies inqishom mal-intelliġenti, nies li jmorru jgħamlu xogħol volontarju ma' tfal li ġejjin minn ambjenti difficli, ħabsin jew familji mkissrin.
  • Minjaf kemm tfal Maltin jgħaddu minn problemi għax iġorru l-istigma li ħaddieħor sostna fuq il-komunità tagħhom?
  • Smajna bi stejjer ta' żgħażagħ li sabuha difficli jsibu xogħol għax "mill-Belt" jew "minn Bormla"... anki dawk b'kondotta nadifa. Għalfejn?
  • Smajna b'għalliema li ma jmorrux jgħallmu fi skejjel f'lokalitajiet simili... Għalfejn? Int għandek sehem?

Forsi ma tifhimnix. Forsi inti medhi tixgħel ix-xemgħat jew tittallab għall-karità,  mal-abbatini sħabek.

Issa li dalwaqt naraw il-brand ufficcjali għal Belt Valletta hekk kif maħduma mill-Kunsill Lokali, (ara hawn) nerġa nħeġġeġ lil sieħbi, is-Sindku Alexiei Dingli sabiex tassew jieħu bis-serjetà l-element tal-istigma li ġġorr fuqha din Beltna tant għażiża. Ikun inutli nsebbħu l-qoxra ta' barra mingħajr ma nfejjqu l-uġiegħ intern. Nittama li din il-kitba ma taqax f'widnejn torox.

Wednesday 7 September 2011

Siġar u mużi


Żmien it-tfittxija, żmien l-iskoperta... bħal meta ssuq għal ħin twil fuq autostrada ma' ħaddieħor u tasal f'destinazzjoni mistura, ħlief għall-mappa... u tinżel, waħdek.

L-għażliet huma gżuż u l-biżgħat jissieltu sabiex ma jidhrux bil-wisq inqas! U nibdew pass pass interrqu, kważi mingħajr direzzjoni, mill-ġdid mingħajr destinazzjoni.

Ir-riħa ta' xita friska tagħtik merħba u tfakkrek li mhix dinja kompletament ġdida. Bħal tistħajjilha tgħannqek u tgeżwrek f'dirgħajha.

U jinstema pjanu bħal donnu mbikkem, li jtaptaplek fuq dahrek u jurik triq, kemmxejn imċajpra, iżda familjari, ta' siġar anzjani u mużi nfiniti.

Tgħarbel il-vjaġġ sa ma tiġbor ir-ramel fin li sawwrek, u bħas-soltu mnifsejk jintefħu u l-għatis jitfaċċa, bil-ħasda, kattiv, arroganti... għal mument inessik il-vjaġġ eċitanti; sa ma r-ramel jistrieħ fil-forom imserrpa ta' lifgħa maħruqa u jurik triq ġdida.

Saturday 13 August 2011

Il-logħba tad-Dinja - kummenti dwar Jovanotti


Illum erġajt żlaqt fil-maġija tal-mużika fl-aħħar żewġ albums ta' Lorenzo Cherubini, magħruf bħala Jovanotti. Għalkemm mhux essenzjalment l-istil li nfittex li nisma normalment, il-passjoni u l-kultura li jitrasmetti f'dawn l-aħħar xogħolijiet tibqa' temozzjonani. Illum ħsibt li nikkummenta fuq erba' kanzunetti mill-aħħar album Ora.


Nammira lil Cherubini bħala raġel li minn DJ essenzjalment patetiku ta' għeluq is-snin 80 b'successi mużikali inutli bħal Gimme Five! jew La mia Moto, illum qiegħed jirrakkonta l-esperjenza tal-ħajja; illum qed jiftaħ l-ixkora li fiha ġabar l-esperjenzi, jgħodos fiha u jiġbor perli minn qiegħ essenzjalment mistur.

Nibda bil-kanzunetta Quando sarò vecchio li b'mod mexxej u stil folk, tirrakkonta l-ħajja minn għajnejn ex-suldat, li fi xjuħitu, jiftaħar bih innifsu 'il-mhux mirbuħ', kultant bi ftit suppervja u jirrakkonta dak li għadda mingħalih. Jinduna b'min ma jridux ħdejh u b'min jirrispettah! Jiftakar li l-iktar ħaġa sabiħa fil-ħajja hija meta xi ħadd tah xi ħaġa li sal-aħħar baqgħet tiddi fih. Jinduna wkoll, b'mod drammatiku, b'kull qatra li timmarka l-ħin għaddej - sakemm tgħaddi stilla li ssejjaħlu magħha.

Amami - Kanzunetta dwar l-imħabba espressa bis-sess... li meta taqra certu partijiet tal-lirika, tħoss li din tgħaddi żbrixx mal-livelli censurabbli. Miktuba b'mod mużikalment kummercjali tant li kważi kważi tistħajjel lil Bay Radio, Smash, Xfm u Alfie Fabri jdoqquha; biss wara kull sekonda, tħoss li l-mużika b'dar-ritmu hija mera tar-ritmu fiżiku; l-istess dik ir-ripetizzjoni għal ħames darbiet fil-kliem "Amami, amami, amami, amami, amami" u "ora e ancora"


Il-laqta ta' poeżija fil-kliem li jitkellmu dwar sakra, l-univers, barra u ġewwa, għaraq u rwejjaħ, tgħamel id-differenza kollha mill-medjokrità ta' kanzunetti kummercjali oħra li jitħaddtu l-istess tema.

Kebrillah - Naħseb anki Pawlu l-Pampalun isibha difficli joħloq ftuħ spettakoluż daqs il-ftuħ ta' din il-kanzunetta. Kif xi ħadd ikkummenta fuq YouTube, kanzunetta nkredibbli meta tindaqq live. Nista biss nimmaġina l-enerġija li ġġib magħha fost il-folol!

Ngħalaq b'kumment dwar La porta e' aperta. Rakkont intelliġentissimu imma semplicissimu dwar il-ħajja f'metafora ta' bieb miftuħ. Esperjenza li fiha ngħamlu żbalji u ngħixu jum wara jum sakemm nilħqu l-milja tagħna. Ma hemmx xi żżid ma' din il-poeżija:
Il mio naso non vede i colori. I miei occhi non sentono i suoni.
La mia mano non sente i sapori. La mia bocca non sente gli odori.
Ma la voce che soffia nel vento - io, la sento.
La risposta che soffia nel vento - io, la sento.
La sento.
e la pioggia che cade - la sento.
i sentieri e le strade - la sento.
è qualcuno che ride
La porta - è aperta.

Ho studiato le rondini in volo per comprendere il loro alfabeto.
Segatura per terra nei bar ha formato il mio fiuto.
Se passate da casa dei miei dite loro che è tutto perfetto
ho commesso le solite colpe da carenza o da eccesso d’affetto.

La tristezza è un ricatto è il delitto perfetto
cha fa vittime più della peste e non desta sospetto.
Per la fine del mondo è prevista una festa che inizia da ora
Puoi venire vestita così oh mia bella signora

Nażżarda niddeskrivih bħala l-poeta Taljan tas-seklu l-ġdid. Għalkemm fuq vena kompletament differenti minn dik tal-idoli Taljani tiegħi bħal Morgan, Consoli u Battiato, ma nicħadx li nammira l-kapacità li juża lingwaġġi varji, fosthom dak kummercjali sabiex iwassal il-messagg, mingħajr ma' jitradixxi l-mużika li tant hi għal qalbu.

Ngħir għall-vjaġġ immens li diġà vjaġġa dan is-"sinjur". Vjaġġ deskritt metaforikament f'Il Gioco del Mondo; li probabli hija l-iktar kanzunetta minn tiegħu li daqqejt dan l-aħħar sentejn u li hi meħudha mill-album ta' qabel dan bl-isem ta' Safari. Kanzunetta partikolari li nħalli lilek tisma, tiskopri, tifhem u tinterpreta.


Tuesday 2 August 2011

Automatic reply

In reply to Lou Bondi's article This is the home where paedophiles lived, i couldn't help but write a reply in the same language he used:

"Such acts are definately to be condemned. Let's make it clear.

I just hope you can find time to also drop a light on the great work and achievements done by the Missionary Society of St Paul in Malta and abroad.

I'm sure that colleagues of yours like Pablo Micallef, Mark Doneo, John Bundy. Fr.Karm Debattista and Joe Dimech will be more than willing to testify the great benefits we all got from St Pauls Missionary College. Great men, themselves priests, made many of us turn into bright professionals, loving husbands and resposible fathers, without asking for any applause.

Dropping shadows on the places and houses where such miserable acts took place without guiding the audience through both the good and the bad, isn't the ideal balance for true journalism - i guess.

Once again, just to make myself clear - let us condemn such horrible acts - made even worse in such environments - but let us not label the whole category either!

You know how it goes Lu - there are bad and good journalists! Labelling all of them as science fiction authors, doesn't make justice to the brilliant ones!"

Monday 23 May 2011

Ktibt fuq Times of Malta


Kien hemm min qalli prosit. Xi ħadd ieħor bgħatli sms "mela qed tikteb fuq it-times?" U rcevejt ukoll "ma għoġbitnix l-ittra". Minjaf iseħħx dak li qed nimmaġina?

Aqraha hawn >

Monday 16 May 2011

Comments for a facebook discussion

I don't think religion in its pure state, promotes fear of punishment and hope of reward after death! Luckily i have had opportunities to share life-changing experiences with the missionaries of St.Paul (MSSP Malta) and the Missionaries of Charity (Sisters of Mother Theresa) and believe me, that wasn't what they projected onto me. Obviously i made use of my intelligence to filter some traditional beliefs as well and really hold on to the nectar of the message!


When i combined my learnings in christian religion of Catholicism and the teachings at the practical philosophy school (based on eastern cultures), i was impressed how both go hand in hand in projecting us a message of pure awareness, pure love and pure being.
 
Unluckily though - the unpure state of religion is what speaks from majestic balconies and decorated thrones! that was never the style of the religious founders - whoever it was - nor the style of the iconic figures of these religions! so let's also filter what we are fed, by accessing our intelligence.
In the case of the Catholic Church, to which i do have my strong reservations, especially the local representation of it, i do believe that it's me and you who make it and not the figureheads, just like it's me and you who make society and not the political leaders!

Thursday 12 May 2011

Il-liġi u l-imħabba

Ispirat minn dibattitu fuq facebook, specjalment fuq il-vizjoni ta' Miriam Abdilla li b'mod mill-aktar interessanti u kostruttiv esprimit il-valuri Kattolici tagħha fuq facebook. Tassew napprezza meta persuna titkellem b'mod tant kostruttiv fuq il-viżjoni tagħha. Nammira wkoll il-mod car kif esprimit il-fiducja kollha tagħha fi Kristu.


Jiena nqis ruħi Kattoliku wkoll għalkemm nammetti li spiss nippreferi nissejjaħ Kristjan milli Kattoliku. Dan għaliex il-Knisja hi magħmula mill-bniedem u tul iż-żmien, f'kuntesti varji, il-bniedem li fforma l-"club" tal-Knisja, żbalja (bħalma anki jien niżbalja) u ħalla marka fuq il-kultura tagħna l-membri tal-club tal-2011.

Ma nemminx li Kristu fforma Knisja b'sett regolamenti, ma nemminx li Kristu fforma Knisja li tiġġieled biex tkun l-iktar "club popolari" fid-dinja, ma nemminx li Kristu fforma Knisja burokratika u formaliżżata. Nemmen biss li Kristu ried ifakkarna kif inħobbu.

Inħobb inżomm quddiem gżajnejja dawn il-Kliem:
  • L-EVANĠELJU - Mattew - 22, 34-40

    Meta l-Fariżej semgħu kif Ġesù kien saddilhom ħalqhom lis-Sadduċej, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-akbar kmandament fil-Ligi?”
    U hu wieġbu: “Ħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.” Dan hu l-akbar u l-ewwel kmandament. U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Il-Liġi kollha u l-profeti, fuq dawn iż-żewġ kmandamenti huma mibnija.”
kif ukoll:
  • Mattew - 10:34-11,1
    “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha,u lil mara minn omm żewġha, u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu. Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi. U min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistħoqqlux li jkun miegħi. Min isib lil ħajtu, jitlifha; u min jitlef lil ħajtu minħabba fija jsibha.

Naħseb Kristu kien u għadu konxju biżżejjed li l-bniedem, permezz tad-dnub, jintilef u ser jibqa' jintilef fid-dualiżmi, jehda jgħid li hu aħjar mill-ieħor u jasal joqtol biex isostni l-punt. Għalhekk Kristu qatt ma ġġudika, u dejjem fired dak li hu ta' Cesri minn dak li hu ta' Alla.

Naħseb ikun sabih kieku nitgħallmu, ibda minni, inpoġġu l-imħabba qabel il-liġi.

Ktibt il-punti tiegħi dwar id-divorzju hawn.

Saturday 23 April 2011

Mill-Ġetsemani għall-ġo dari


Din id-darba mhux ser nikteb jien imma ser naqsam silta mill-Evanġelju ta' San Ġwann li dejjem emozzjonatni sa mill-ewwel darba li qrajtha! Nemmen li f'dawn il-ġranet, lili li spiss ninħela f'mistoqsijiet inutli minflok f'azzjoni, kitba bħal din tħallini maħsud imma mimli enerġija sabiex ngħamel aktar.

Niżżel pdf file minn hawn.

Tuesday 5 April 2011

Ħinijiet tal-Ħdud

Għal darb'oħra ma xtrajtx il-gażżetti tal-Ħadd u għal darb'oħra bħal ta' kull nhar ta' Tnejn, ġietni l-kurżità nara x'intqal u x'ħareġ waqt il-ġranet tal-mistrieħ.

Irnexxieli niddobba s-Sunday Times illum u wara ġurnata xogħol ta' ħdax il-siegħa, intfajt inqalleb. Ħbatt ma xi affarijiet li tawni gost, oħrajn iżda, ma flaħtx narahom u qallibt niġri l-paġna, filwaqt li oħrajn ġabuli sensazzjonijiet ta' stmerrija totali.

Bħalma ngħamel fil-maġġoranza tad-drabi, bdejt nixref il-gazzetta minn wara. Forsi 'l fatt li hi gazzetta nkredibbilment ippakkjata f'kull sens, iqabbadni biżà li mhux ser nasal sal-paġni sportivi!

Bdejt immeddjatament inħabbat rasi mal-mejda hekk kif intbaħt bil-proġett Young Enterprise li ġie rrekklamat b'ritratt kbir! Qed nara sew? Dawk Vinyls li hemm iffurmati f'vażuni? Dak Vinyl tad-Decca li għandha din it-tfajla (dik għandha ħila titbissem?) f'idejha lest biex jinbaram ukoll? Iva, u l-ieħor tal-Parlaphone! Imma għalfejn il-fotografu, Chris Sant Fournier ma nfaqax jkisser bħalma Kristu kisser fuq l-għatba tat-tempju? L-arti u l-istorja mużikali ffurmati f'vażuni! Biex tgħaxxaq din l-idea qed tiġbor l-applawsi u forsi xi sold jew tnejn! Mulej aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jgħamlu!

Tlift l-interess naqra l-istorja dwar l-allegati abbużi intant!

Imsomma wasalt paġna 57 u mistoqsija waħda qamet immedjatament… fejnu l-logo tal-anniversarju li għażlu Debenhams xi ġimgħa ilu? Nispera li mhux jiddejqu jippubblikawh wara li rredikolaw l-eżercizzju ta' disinn ta' logo għal semplici kompetizzjoni ta' "likes" fuq Facebook!

Ħaqq! Insejt immur Pupu fil-Baħar!!!

Sabiħ dan ir-riklam ta' Zest - ħarsa li zest illum saret tfakkarni fil-Kinnie - u kwazi kwazi qed naħseb li m'inix konvint dwar dak id-dettall tal-għarusa minn wara!

U wara l-infinità ta' paġni, kważi inutli, ta' riklami u avviżi klassifikati, fejn ilmaħt lil sieħbi antik Elton, ġiet f'idejja din l-ewwel ħarġa ta' "Liv in gozo" - gwida għall-propjetà f'Għawdex, li iżda tirriklama wkoll appartamenti fl-iMsida! Nibqa ngħid illi aktar ma jmur, aktar qed neżawrixxu s-sbuħija li taqra gazzetta!

Ħadt nifs x'ħin wasalt fil-paġni tal-kultura u ntratteniment. Aħbarijiet sbieħ bħal kuncert Akustika f'St.James, dak ta' Santana u fuq kollox il-miġja ta' wieħed mill-ġenji mużikali kontemporanji, Owen Pallett li ser idoqq ġewwa l-Ħamrun grazzi għal Kinemastik u StageDive.

Nammetti li erġajt qallibt niġri l-paġna x'ħin rajt x'ser jgħamlu l-Airport Impressions dax-xahar!

Issa m'għandix saħħa nintefa naqra l-artiklu ta' Mike ma' Norman Cook imma nżommu qrib u naqrah - jew jekk insibu fuq is-sit, nitfgħu jinqara bl-ispeech tal-Macbook.

Albert Storace u Kenneth Zammit Tabona jinsabu hawn ukoll - żewġ protagonisti tal-kritika li kelli x-xorti niltaqa' magħhom u ninnota l-modi tagħhom, distinti imma mżewwqin bl-ironija, l-għerf u l-imħabba lejn dak li hu magħmul tajjeb. Imma ġejt misruq mir-riklam tal-Palazz tal-Girgenti li ser ikun miftuħ għall-pubbliku fi tmiem il-ġimgħa li ġej - hmmm appetituż!

Ir-ritratt ta' Realtà fakkarni fil-passjoni li għaddejjin minnha sħabi Alex Vella Gera u Mark f'ġieh il-libertà tal-espressjoni! Ħasra hux kif hawn Malta għad hawn tant injoranza tirrenja anki fit-tmexxija ta' strutturi edukattivi!

Paġni 16 u 17 huma wisq attraenti għalija bir-riklam tal-ktieb kapulavur ta' sieħbi Ġorġ Cini dwar Strada Stretta li nissuġġerixxi lil kulħadd jakkwista - u xi ngħidu għall-illustrazjoni ta' Maurice Tanti Burlò - bicca xogħol li ġġiblek tbissima fuq l-argumenti li qamu bħal xita kontra s-Sur Giletti.

Iktar dwar Realtà u fuq in-naħa l-oħra naqra li s-siġar il-ġodda li qed jitħawwlu ġewwa Putirjal, inġagħbu mill-Italja! X'taqbad tgħid għid?

Minflok nikkonsla bl-istqarrija ta' Monsijur Charles Vella li stqarr li qal li d-divorzju mhux ser ikisser familji Kristjani! Eżattament dak li nemmen jiena.

U ser nieqaf hawn. Kif għidna, gazzetta mburġata sa ruħ ommha u naħseb anki nannitha. Ngħlaq billi nistqarr kemm hu ironiku dak l-album ta' Joseph Calleja (fuq paġna 9) ppubblikat mid-Decca meta niftakar f'dawk l-imberkin tal-Young Enterprise! Tgħid l-album ta' Calleja diġà sar vażun?

Il-lejl it-tajjeb.

Wednesday 16 March 2011

Kwistjoni t'arroganza

Skond xi servizzi ta' aħbarijiet lokali, il-ministru Austin Gatt tenna llum illi jekk il-poplu jivvota favur divorzju, dan ma għandux jorbot idejn id-deputati fil-Parlament sabiex jadottawh fil-liġi.

"Infrastructure Minister Austin Gatt insisted today that MPs should still be able to vote according to their conscience, even if the yes camp won the divorce referendum, because what the people were being asked about was a matter of conscience, not a political one." - Times of Malta

Meta nisma aħbar hekk, inkompli ninduna kemm hawn mexxejja li jafu jkunu redikoli.

Nibdew mill-fatt li dan huwa argument inutli, speċjalment bħalissa meta d-dinja qed tesperjenza żewġ kriżijiet maġġuri, b'waħda minnhom li tant tolqot lil pajjiżna. Id-dritt tad-divorzju huwa dritt ċivili li bl-ebda mod ma jobbliga lil min jiżżewweġ sabiex jiddivorzja!

F'każ ta' żwieġ fallut, u wara tentattivi serji sabiex dan jiġi rkuprat, ma nara xejn li jmur kontra l-valuri jekk il-koppja tiġi meħlusa mir-rabta ċivili tagħhom filwaqt li tiggarantixxi t-trobbija tat-tfal.


Dwar it-twemmin Kattoliku, naqbel ma dak li kiteb illejla sieħbi Istivan fuq Facebook:
"There's no reason why Catholics should have a problem with a divorce law. If you're Catholic, technically divorce doesn't apply to you, so the law changes nothing, while letting others have a life. Or is it that Catholics: (1) Want to enforce their beliefs on everyone, and (2) don't trust each other to abide by Catholic regulations? In which case, there's even more reason to pass this friggin' law"

Allura nistaqsi b'liema arroganza jista xi ħadd elett mill-poplu, jissuġġerixxi li l-Parlament imur kontra r-rieda tal-istess poplu?


Għaliex l-istess ħsieb ma ġiex suġġerit meta l-poplu ħareġ jivvota favur is-sħubija sħiħa mal-UE? Jidhirli li l-istess Ministru kien ħadha bi kbira meta Alfred Sant kien interpreta r-referendum b'mod differenti minn norma! (ara hawn biex tifhem xi rrid ngħid)

Filwaqt li nammira lil dawk il-membri parlamentari li kapaci jivvutaw kontra dak li "tirrikkjedi" in-norma, nittama li kollha kemm huma jirrealiżżaw li Malta tinsab iżżeffen f'logħba ta' poteri bejn il-mexxejja kosmetiċi Ewropej u dawk għomja, Nord Afrikani.

Thursday 10 March 2011

Il-ġisem u ċ-ċensura

Lura minn Bari u mill-Karnival ġewwa l-villaġġ ta' Putignano. Karru ta' qisien ġiganteski, jirrapreżenta l-jum u l-lejl, permezz ta' żewġ figuri umani, parzjalment għarwenin. Kuntest satiriku u grottesk fejn il-ġisem mhux ċensurat, fejn forsi t-tbissima li jitrasmettu jgħelbu t-taboos li numru ta' kulturi sa minn dejjem kienu jafu jimponu.


Niġi għall-punt.

Nibqa' nistgħaġeb kif fid-dinja tal-llum, il-media, iżda wkoll il-mentalità ġenerali tibqa' tagħżel li tiċċensura l-ġisem tal-bniedem anki meta dan ikun espost f'kuntest naturali, eleganti jew/u artistiku.

Dan il-fatt jiffrustrani minnu nnifsu iżda l-frustrazzjoni tikber meta niftakar li minn naħa l-oħra ftit li xejn niddejqu nitrasmettu jew nirrappurtaw xeni vjolenti; kemm dawk fiżiċi u dawk psikoloġiċi.

Jinqala' dibattitu sħiħ jekk titfaċċa żejża fuq riklam. Ironikament, l-istess nies li jitkażaw quddiem xena hekk, ikunu dawk li probabilment jaffaxxinaw ruħhom (jew għall-inqas, hekk jgħatu mpressjoni) quddiem biċċa arti rinaxximentali.


Mhux ta' b'xejn li bqajt skantat kif imbagħad ma ntqal xejn meta riklam ta' ditta popolari tal-ġugarelli tat-tfal, f'xena ta' żona residenzjali minn tagħha, inkludiet pupu qed jixxabbat mill-"convertible" b'pistola f'idu! Dan kien riklam prominenti fuq bus stop fix-xatt ta' Tas-Sliema!

Qed niftakar f'mument ieħor, ġewwa Għawdex. Tifel ta' xi sentejn jispara b'pistola lejn arcade video game akkumpanjat b'tant "injoranza" minn missieru.

Allura ngħid jien fejn hu l-periklu? Certu films u ċertu drama maltija, mhux iktar perikolużi minn ġisem espost ta' mara jew raġel?

Monday 28 February 2011

Omm l'injoranza dejjem tqila

Niskanta kif għad hawn min jistaqsi "jaqaw fil-Libja qed jiġri xi ħaġa?". Kultant tgħejjini l-injoranza tal-Maltin.

Il-kelma njoranza nħobb nifhimha mhux kif dejjem għallmuni imma kif iħobb jispjegaha tajjeb Marco Castoldi, meta jgħid li l-injoranza hija effett ta' xi ħadd li jinjora.

Kif tista' tinjora dak li qed jiġri ftit kilometri bogħod minn pajjiżek u taljena bil-eurovision? Kif tista' tħossok parti mid-dinja jekk lanqas taf li pajjiżek qiegħed jieħu parti fi Storja ta' pajjiż ieħor?


Is-Sibt li għadda kelli x-xorti nattendi Xbihat ta' xi wħud li huma Kattolici. Rakkont imżewwaq dwar Maltin li lura fis-sittinijiet iġġieldu u tlewmu għad-drittijiet tagħhom. Poplu li għal darba, tnejn qam kontra dawk li kienu jrejjquh liġijiet u twemmin marid. Sibt interess fl-analoġija bejn il-poplu Malti u dak Nord Afrikan li għalkemm f'perjodi differenti, stenbħu sabiex ifittxu l-libertà.

Ironikament iżda ninnota kif il-poplu Malti llum kważi kważi jgħix f'estrem ieħor fejn kollox huwa ovvju, fejn li tqum għad-drittijiet tiegħek lanqas jgħaddi mill-moħħ, fejn ir-rivoluzzjoni hija meqjusa bħala attakk, fejn id-demokrazija hija nterpretata f'dittatorjat sottili, armat b'karti, firem, formuli, multi u avukati.

Ħasra mbagħad kif persunaġġi magħrufa jeħduha kontra min joħroġ jipprotesta fil-pubbliku b'mod pacifist u jakkużawh li jrid "jidher". Dan meta huma stess jipprotestaw bħalu. Ngħid jien; fejn hi l-libertà? Min hu d-dittatur tas-socjetà tagħna llum? Min hu li qed jinjora?

Minn qalbi nawgura lil ħutna Nord Afrikani li filwaqt li jfittxu l-libertà għalihom u għal pajjiżhom, ma jgħamlux l-istess żbalji tagħna li rrassenjajna ruħna għall-opinjoni ta' min fdajna u dik tat-televiżjoni u ninsew li anki aħna għandna waħda!

Saturday 19 February 2011

Beningi u belti

Tinżel bħal għasel, mixja tul it-toroq ta' beltna l-kapitali f'dawn is-siegħat tal-ġurnata. Anki jekk tiġi bla mistenni. Ix-xewqa tgħelibni u iktar milli riġlejja, qalbi timbuttani ngħamel pass, ieħor u ieħor. Nintilef inħares 'l fuq u ninnota li għalkemm terraqt għal ħamsa u għoxrin sena f'dawn it-toroq, kont aljenat biżżejjed li nitlef numru vast ta' dettalji; ammont kbir ta' rikkezzi, prodott missierijietna.

U nerġa nserraħ fuq il-magħqad li jdur bħal żugraga quddiem il-kompjuter, inkompli fejn ħallejt bl-intervent ta' Beningi f'Sanremo u nħossni nifhmu. Inħoss l-istess dmugħ li jrid joħroġ minn għajnejja meta nitkellem fuq belti - u mumenti oħra - anki fuq pajjiżi.

U nġib quddiem għajnejja 'l missierijieti li ħolmu li jiena ngħix f'dil-belt, kuntent, magħġun ħaġa waħda mal-kultura, mal-ħajja f'komunità, mad-disinn, il-forom, l-arti, il-ħsejjes mużikali tar-riħ li jiġri tul toroq twal u jikser kantunieri dojoq, il-forom ta' dellijiet ġiganteski projetà ta' dettalji ckejkna. Missirijieti li fil-kaos ta' monti maħnuq ta' filgħodu, lagħbu logħba mas-skiet ta' Triq Merkanti ta' filgħaxija iżda llum biegħu x-xogħol ta' missirijiethom biex jgħamlu spazju għall-pjan tal-mexxejja.










F'moħħi nerġa nħares 'l fuq u ninnota t-tabelli tal-aġenziji tal-propjetà, li llum ħakmu lil belti bħalma qatt ma ħakmuha t-Torok li xtaquha. Nittawwal lejn dik il-gallarija fi Triq Merkanti, kantuniera ma' Triq Lucia u nimmaġina lil ta' qabli kburin biha u llum imbikkma għax uliehom bħall-abbati, jitolbu l-ħniena jew għax uliedhom alabiebhom minn missierijiethom u warrbu l-memorji tagħhom ġewwa Hastings.

Thursday 17 February 2011

Iva? Le? Forsi? Imma xi jfisser?

Jidher li aktar ma jgħaddi, aktar qed noqorbu għal mitiku referendum.

"Referendum", kelma li tqabbadni t-tkexkix wara l-fares li saru lura fl-istorja ricenti ta' pajjiżna. Kelma li anki wara dawk il-fares kollha, ħadd minn dawk responsabbli ma ndenja ruħu jesplora fid-dettall - u wisq nibża li pajjiżna jinsab bil-preparamenti għal karru trijonfali ieħor.

Nammetti li nibża ħafna mill-mod suġġettiv kif il-politici jgħażlu li jinterpretaw il-process ta' referendum skond il-bżonn. Diġà nkwetanti l-mod kif tiġi fformulata l-mistoqsija, aħseb u ara l-interpretazzjoni tar-riżultat!


Dejjem qabbilt referendum mas-sitwazzjoni ta' missier li jidħol mat-tlett uliedu f'ħanut tal-ħelu, jaħtaf kejk tac-cikkulata u jdur fuqhom sabiex "jikkonsulta" jriduhx jew le. Qatt ma rnexxieli nsib sitwazzjoni li setgħet tgħini nara riżultat b'mod aktar oġġettiv: ngħid għalija jekk wieħed mit-tfal jaccetta dak il-kejk, ieħor jgħid le, u l-ieħor jinjora, il-kejk ma għandux jinxtara għax nemmen li min jinjora għandu sensazzjonijiet aktar negattivi milli pożittivi lejn l-oġġett; jekk le, jaccetta.

Ejja nimmaġinaw popolazzjoni ta' 100 membru li trid tiddeciedi dwar id-divorzju: Mela ejja ngħidu aħna li minn 100 ruħ eliġibbli, 91 jieħdu l-kedda li jqumu u jmorru jivvutaw u d-9 l-oħra jiġu kemmxejn alabiebhom. Minn dawk il-91, 48 jgħidu li jridu d-divorzju u 42 jgħidu li ma jridux. Wieħed jibqa' ndeciż u minflok iħarbex "good luck Glenn!!".

Inħoss li tkun sitwazzjoni tassew redikola li b'marġinu daqstant zġħir ta' distakk, tinqatà linja f'deciżjoni hekk importanti. Dan bħalma ġara fir-referendum precedenti. Huma mumenti hekk fejn inħoss li d-demokrazija ssir bażwija, redikola u dittatorjali. Huma mumenti hekk fejn ma nifhimx għalfejn ir-raġuni u s-sens komun ma jirbħux fuq l-ostinazzjoni għar-"rebħa" tal-argument.

Naraha għażla iktar matura jekk d-deciżjoni tittieħed jekk ikun hemm marġini ta' 30% u allura jkun hemm certu sens ta' qbil li qed issir l-aħjar għażla mingħajr riskju li nofs il-membri jispiccaw dimotivati.

Issa li qed jingħad li l-Prim Ministru ssuġġerixxa li ssir mistoqsija, skond hu, diretta, ("people should be asked a straightforward question of whether or not they agreed on the introduction of divorce.") jien għandi iktar flieles f'rasi:
  1. Jekk poplu jgħid li jaqbel li jidħol id-divorzju, dak ifisser li tak id-dritt taqbad u ddaħlu jew għandu jibda process ġdid biex issir l-aħjar introduzzjoni?
     
  2. Il-persentaġġi tal-marġini għandhom jiġu identifikati minn qabel? Jew jekk ikun hemm 1% fuq naħa jew oħra, dan ikun deciżiv f'ġiegħ id-demokrazija?
U allura ngħid jien għax ma ssirx mistoqsija bħall-"Inti trid li l-Gvern Malti jibda process minnufih sabiex tigi ntrodotta l-ligi favur id-divorzju fil-liġi ta' Malta?"

Friday 11 February 2011

Saqsejtni "Are you sure it's a good thing that Malta's Catholic!?"

M'inix xi kattoliku ferventi. Minn naħa l-oħra, bħal xi nies li nafu, naf napprezza kulturi, reliġjonijiet u tradizzjonijiet differenti minn tiegħi.

Nemmen li l-Knisja Kattolika, Kristu ffurmaha fuq bażi ta' principji ta' mħabba reciproka u fl-ebda mument ma' rrakkomanda poteri. Biss, hekk kif il-bniedem wiret it-tmexxija f'idu, beda jifforma regoli u strutturi li sa fl-aħħar raw lil Knisja titrasforma ruħha f'qawwa politika aktar milli spiritwali.

Ma nħobbx nara l-Knisja b'dak il-mod. Għalija l-Knisja hija jien u int li nħaddnu l-istess valuri ta' Kristu u nemmnu li kull bniedem jistħoqqlu dinjità, imħabba u libertà.

Allura ngħid li le, ma jiddispjacini xejn li Pawlu trakka f'din il-Gżira. Pawlu kellu esperjenza qrib ħafna lejn l-esperjenza ta' Kristu (għexu fl-istess żminijiet), tħadded u tlewwem kemm -il darba dwar il-valuri, mal-Appostli, il-mexxejja bikrija tal-komunità nisranija. Kien bniedem li ħadd u xejn ma kien iwaqqfu jew ibeżżgħu, iżda l-laqgħa li kellu ma Kristu biddlitu. Issa ma nafx kienetx f'forma ta' dawl, waqgħa minn fuq żiemel, iżda żgur li dan ir-raġel inbiedel!



Inbidel tant li kien lest li jmur quddiem l-imperatur biex jieħu sodisfazzjon. Inbidel tant li vjaġġa minn post għall-ieħor biex jifforma komunitajiet oħra nsara...

Kelli x-xorti ngħix f'komunità, ngħix esperjenzi ta' volontarjat/missjoni u nista ngħid li hemm sibt ħafna sentimenti ta' valur profond! U allura ngħid jien, għalfejn għandi ma nifraħx li Pawlu ġie f'pajjiżi? U jekk ma ġiex f'pajjiżi, għalfejn m'għandix niccelebra li l-messaġġ li ried iwassal dar-raġel lid-dinja kollha ta' żmienu, wasal f'pajjiżi, wasal lili wkoll?

Ma rridx inħares lejn il-Knisja bħala dik tradizzjonali biss, jew dik li żbaljat biss. Irrid nara lill-Knisja bħala dik is-soru liebsa l-abjad u celest li ferrhet tant tfal imkissra mentalment, dak il-ġuvni li telaq il-karriera tiegħu sabiex ifittex xi ħaġa iktar profonda ġewwa fih! - il-messaġġ ta' Kristu le?

Sunday 6 February 2011

Austin Camilleri... l-artist li tiegħu qatt ma rajt il-wicc. Ħadt gost indur mal-aħħar xogħlijiet tiegħu ġewwa l-Kavallier ta' San Ġakbu fis-sezzjoni tal-MCA. Ħassejt arja ta' protesta, arja ta' diżapprovazzjoni li qed tipprova toħroġ mit-tila u tiġi titgħannaq miegħi sabiex issir tiegħi. F'daż żmien ta' rivoluzzjoni fit-tramuntana tal-Afrika, dax-xogħol niżel għasel.

Inħeġġeġ lil kullħadd imur jagħti titwila.

Thursday 3 February 2011

Ħela fl-użu tal-karta



Għal darb'oħra rcevejt dokument mitbugħ fuq 144 paġna. Dokument finanzjarju ta' aġenzija - fi ftit kliem dokument bla użu ħlief biex ingawdi r-riħa tal-karta. Minjaf kemm -il kopja ntremew illum mingħajr lanqas biss infetħu? Illum fl-era tal-internet mhux biżżejjed nircievu nota (jew aħjar email) li tindika minnfejn jista jitniżżel id-dokument u jipprintjah min jinteressah?