Eżempju car illejla: id-diskussjoni titratta l-vot ta' fiducja li l-Prim Ministru talab lil Parlament. Bondì jibqa jiddeskrivi l-vot tal-PL bħala vot sabiex jaqa' l-Gvern minflok vot kontra din il-mozzjoni tal-Prim! Il-perspettiva li tixħet dell fuq l-oppożizzjoni terġa tirrenja. U nistaqsi għalfejn ġaladarba jidhirli li Bondì huwa ġurnalist indipendenti.
Wara ftit - Bondì jqajjem argument off the cough sabiex il-mistieden Anġlu Farrugia, jfiehem għalfejn il-PL m'għandux fiducja fil-Prim. X'ikun l-argument off the cough? - lanqas temmen, il-Libja! L-uniku xenarju politiku fejn iż-żewġ partiti qablu u fejn il-PL ħadmu id f'id mal-Gvern. L-uniku xenarju fejn Anġlu Farrugia ma setgħax jikkritika lil Prim. Lanqas fis-Super 5 ma taħqrek hekk ix-xorti għażiż Sur Farrugia!
Interessanti l-pressjoni sabiex ikun jaf il-pjanijiet li għandu l-PL jekk dan ifettillu jkun fil-Gvern imma fl-istess ħin juri filmat fejn il-Prim illejla fil-Parlament iccelebra l-fatt li l-protesta tal-Ġimgħa li għaddiet, ma kinetx ta' pensjonanti li mhux ilaħħqu mal-ħajja, ta' familji bil-ġuħ jew ta' studenti li m'għandhomx access għall-edukazzjoni, imma ta' nies li sabu li r-riformi fit-trasport pubbliku ma ffunzjonawx! Tibqa' bla kliem - imma wara kollox huwa l-airtime tiegħu, ngħiduha kif inhi! U allura ħa nħallih bi kwietu issa.
Qed ngħixu politika fejn minflok nammettu żbalji ħoxnin li qed isiru fl-amministrazzjoni bħalissa, nippuntaw subajna u kważi nwaħħlu f'min jixtieq u jaspira li jmexxi fis-snin li ġejjin! Il-Prim, minflok jirrealiżża li għandu l-poter, u allura c-cans li jtejjeb il-pajjiż, jibqa jistaqsi għaliex il-kap tal-oppożizzjoni mhux jgħati proposti u ideat!
Minflok nirrealiżżaw il-ħxuna (le mhux tar-ritratt streccjat ta' Franco Debono waqt Bondi+) ta' deciżjonijiet irresponsabbli li setgħu saru, nibqgħu niccelebraw lill-Prim li waqt xi diskussjoni tenna li "filwaqt li f'Malta qed nargumentaw fuq it-Trasport Pubbliku, fil-Grecja qed jiddiskutu l-kriżijiet tal-Ewropa".
Kif jgħid seħibna Jarabe de Palo fil-kanzunetta singolari tiegħu "Depende", huwa krucjali l-punt minn fejn tħares lejn id-dinja sabiex tinterpreta dawn is-sitwazzjonijiet. Jiddependi iva; jekk tħarisx minn nuccali b'lentijiet blu jew lentijiet ħomor. Jiddependi iva; jekk intix intelliġenti biżżejjed li ma tilbisx nuccali u tara l-kuluri vera tar-realtà.
Għaddiet serata oħra fejn il-Parlament grottesk Malti (li għalieh Renzo Piano ikkomprometta r-reputazzjoni tiegħu mal-Maltin) reġgħa vvota 34/35. Vot li jħalli lil Partit fil-Gvern jiccelebra l-gażaża li għandu f'ħalqu filwaqt li għandu l-ħarqa mimlija residwi jintnu. Vot li jħalli lill-oppożizzjoni tibki għall-istess gażaża li taf li ma għandiex cans għaliha! Vot li probabbli ser jiżdied fl-istorja u jintesa għax il-poplu tant hu aljenat li xorta waħda għadu jlibbes in-nuccalijiet lill-uliedu sa mit-twelid; hekk kif għadha trawwmu l-media ġeneralment immatura maltija.
Diżgustanti!
Ma naqbilx fuq il-punt li l-Libja kien "xenarju politiku fejn iż-żewġ partiti qablu u fejn il-PL ħadmu id f'id mal-Gvern." U dan ghax dik il-kwistjoni segwejtha mill-qrib, ghalkemm anke f'dal-kaz jiddependi minn fejn thares ;)
ReplyDeleteMalli l-Prim Ministru, ftit wara l-vot tal-Gnus Maghquda, kien iddikjara car u tond li Gaddafi ghandu jitnehha, il-Maltastar, it-Torca, George Vella, u Joseph Muscat, hargu qatta bla habel jikkritikaw li din dikjarazzjoni pre-matura. Sa xahar ilu, fuq facebook, George Vella kien ghadu qed jghidli li "zbalja Gonzi meta ghamel dikjarazzjoni pre-matura bhal dik". Dan ghal giehna kien ikun hu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, u jista jkun hu sena u nofs ohra.
Illum nafu li ma kienet pre-matura xejn, anzi, niskanta kif ma indunax wahdu li ladarba l-Gnus Maghquda iddecidiet li jittiehdu l-mizuri kollha necessarji sa ma jitnehha, dan ma kellux tama. Pero probabli, nies bhalu u John Dalli kienu izjed mohhhom fil-'business deals' li kienu ha jitilfu.