Saturday, 5 November 2011

Prattici politici alternattivi

Bħal fuq mejda fejn fuq naħa ssib ħlewwiet liema bħalhom u fuq oħra ssib ikel imżewwaq b'kaloriji numerużi, ix-xenarju politiku Malti. Għaldaqstant, tiġi xewqa naturali li tfittex platti ġodda.


Michael Briguglio waqt dawn is-sbatax -il minuta fl-istudjo ta' Lou Bondì, ħallieli togħma tajba. Nammetti li l-karriera mużikali mżewwqa ta' Briguglio teffettwani filli nħares lejh bħala bniedem li ma jgħix fuq pedistalli għaldaqstant mhux sorpriż bid-deskrizzjonijiet u l-kritika tiegħu lejn iż-żewġ partiti l-kbar.


Sfortunatament hemm principji tal-AD li xorta waħda ma naqbilx magħhom, specjalment l-ecitament li jesprimu lejn l-Unjoni Ewropea, biss, nistqarr li hija issue minuri meta nqabbilha mal-opportunità li dan il-pajjiż jista sa fl-aħħar ikollu rappreżentant minn partit ieħor fil-Parlament.

Uħud isostnu li dak ikun xenarju perikoluż. Iżda kemm hu aktar perikoluż ix-xenarju ta' vot ta' fiducja dwar Ministru, li jiġi konkluż b'vot retoriku ta' Speaker li m'għandux għażla ħlief li jissapportja l-idea tal-gvern? Nippreferi vot maħsub ta' kandidat "liberu" miż-żewġ partiti l-kbar milli vot indeskrivibilment patetiku fl-għola struttura politika ta' dan il-pajjiż "suppost" avvanzat!

Nittama biss li specjalment quddiem il-vot ta' fiducja għall-gvern li ser jittieħed nhar it-Tlieta, l-AD jirrealiżżaw l-imminenza ta' elezzjoni. Nittama li għaddiet minn rashom l-idea li jattiraw fosthom parlamentari li għandhom opinjoni bħal Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u Franco Debono. Nidħak meta naħseb kif dawn it-tlieta għadhom jimmilitaw f'partiti, li għandhom rashom fir-ramel tal-istatuti. Il-każ ta' Engerer huwa iktar inkoncepibbli meta tqis li dan niżel minn fuq Ostrich biex jirkeb oħra!


Persunaġġ ieħor li nara fix-xenarju politiku mhux partiġġan huwa żgur ix-xjentist, kandidat għal premju Nobel, Marco Cremona. Nispera fil-ħanin Alla li persunaġġ tant validu ġie kkonsultat u/jew ikkunsidrat minn Briguglio!

Issa naraw. Forsi l-magni kummercjali tal-AD huma żgħar jew saħansitra ineżistenti imma żgur li hemm meżżi u modi kif tasal iktar u tasal aħjar. Illum hemm faxxa ikbar ta' poplu li qamet mill-aljenazzjoni politika u hija din il-faxxa fejn l-AD għandha tibbaża l-ħidma tagħha.

4 comments:

  1. "Nittama li għaddiet minn rashom l-idea li jattiraw fosthom parlamentari li għandhom opinjoni bħal Jeffrey Pullicino Orlando, Cyrus Engerer u Franco Debono."

    Ma nafx ħsibthiex sew qabel ktibtha, pero' jidhirlek li Jeffrey Pullicino Orlando, dak li gideb lil poplu fuq il-proġett tal-Mistra, li ried jaħ*i wied biex idaħħal €3 miljun, huwa postu ma' partit ambjentali bħall-Alternattiva? Ghalija ħasra li minħabba l-maġġoranza ta' siġġu wieħed ma setgħux iġegħluh jirriżenja, la flok għażel it-triq diċenti li jitlaq minn quddiem in-nies, għażel li jipprova jisraq l-ispotlight daqqa bid-divorzju, daqqa b'xi gidba, basta jipprova jnessi lill-poplu.

    ReplyDelete
  2. Għandek punt Mark iżda l-argument tiegħi jibbaża fuq il-fatt li dawn it-tlieta kapaci ma jkunux il-famuzi "yes sir", (li ghalihom ħa noħonqu d-daħla tal-kapitali) meta jridu.

    Rigward il-każijiet li semmejt. Ħasra żgur il-fatt li l-PN seta' ħass il-bżonn li jġiegħel lil JPO jirriżenja imma biex ma jitlifx il-poter, ġie jaqa' u jqum mill-principju. L-argument ikompli jikkonsolidali t-twemmin li għandna żewġ partiti li fl-aħħar mill-aħħar iridu l-Poter u mhux il-principji!

    Ħasra wkoll li ħadd jew ftit mill-PN ma gerger meta JPO għamel, jew prova jgħamel cirklu b'Alfred Sant anzi minflok ġie użat bħala l-"miskin" tal-Partit li kien se jġib il-voti! Tal-mistħija!! Ara kif ħadd qatt jista jiddibatti l-intelliġenza grassa ta' Sant!! (anki jekk il-persunaġġ kultant żbalja).

    ReplyDelete
  3. Moreover, the continue the point from where Mark Sammut left off, people like Cyrus Engerer and Deborah Schembri joined PL because they are power hungry and project that labour will win elections. Therefore, irrespective of ideology they will never join AD.

    As for Marco Cremona, well, let's think of Alan Deideun. He destroyed his scientific reputation over his idiotic political career. He actually thought he had a chance. Marco Cremona will be silly if he would to follow suit. In fact he already turned down PN and PL; but Im sure AD consults with a professional of his expertise.

    Finally, for Franco Debono. Well, he is coming from a labourite family and now a PN MP from a Southern district where PN MPs are very hard to come by. Whether PN likes it or not, he is valuable to them and he knows it. If he leaves PN for AD, he will lose all his earned leverage.

    ReplyDelete
  4. I see your point though i have reservations!

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn