minn Malta Today |
Ittih tort lil Prim jistaqsi dan kollu u jiftaħar li l-ekonomija Maltija sejra ħażin minħabba x-xenarju dinji biss? Ittih tort lil Prim jindika li l-mod kif investejna s'issa għandu jibqa' jsir? Allura bir-raġun li għandna biex niftaħru għar-riżultati li ġibna din is-sena u għal dan il-ġid li qed jiccirkondana.
minn Times of Malta |
Stqarrejt b'mod car l-ammirazzjoni kbira tiegħi lejn il-komiku Taljan, Maurizio Crozza. Artist ntelliġentissimu, li jaf dak li qed jitħadded dwaru. Artist li b'ironija u stil liema bħalhom, jikxef id-difetti fix-xenarju politiku Taljan. Ħasra li din il-ġimgħa ser naraw l-aħħar edizzjoni tal-prestazzjjonijiet tiegħu ta' 90minuta f'ITALIALAND.
F'mumenti nisma lil Crozza u nistħajlu qed jirreferi għal Malta. Ninduna kemm iż-żewġ xenarji politici huma f'sitwazzjoni 'komika' simili, b'Ministri li tista xxebbaħhom ma' persunaġġi tal-films animati ta' Walt Disney. Joħroġli d-dmugħ meta nisimgħu jistaqsi dwar Ministru li ma jifhimx x'iġifieri jnaqqas il-paga tiegħu ta' €31.000 fix-xahar... u niftakar kif anki f'Malta, numru mdaqqas ta' Ministri ma ħasbuhiex darbtejn li jieħdu żieda ta' €500 fil-ġimgħa!
Bħalissa ftit ikollok cans taqra u allura ser ngħażel li nieqaf hawn. Ngħalaq bil-kumment ta' l-istess Crozza li filwaqt li kien qed jitħadded dwar Berlusconi, kważi kważi ħsibtu qed jikkwota lil Prim jew xi Ministru prominenti Malti. Filwaqt li għadd minn 1 sa 5, wassal messaġġ inkonfondibbli lil dawk li jridu jisimgħu.
Insellimlek u nawguralek Milied hieni.
prosit Pawl, analizi tajba ta xi hadd li mhux marbut bil-ktajjen tal-partiti. Vera refreshing u taghmel hafna sens.
ReplyDeletegrazzi Andrew!
ReplyDeleteL-ahhar filmat m'ghadux fuq youtube Pawl...hemm xi link alternattiv?
ReplyDeletehawn jaħdem għadu. biss tista tipprova dan minflok:
ReplyDeletehttp://youtu.be/k3GNcJGi0vQ?t=20m