Thursday 10 March 2011

Il-ġisem u ċ-ċensura

Lura minn Bari u mill-Karnival ġewwa l-villaġġ ta' Putignano. Karru ta' qisien ġiganteski, jirrapreżenta l-jum u l-lejl, permezz ta' żewġ figuri umani, parzjalment għarwenin. Kuntest satiriku u grottesk fejn il-ġisem mhux ċensurat, fejn forsi t-tbissima li jitrasmettu jgħelbu t-taboos li numru ta' kulturi sa minn dejjem kienu jafu jimponu.


Niġi għall-punt.

Nibqa' nistgħaġeb kif fid-dinja tal-llum, il-media, iżda wkoll il-mentalità ġenerali tibqa' tagħżel li tiċċensura l-ġisem tal-bniedem anki meta dan ikun espost f'kuntest naturali, eleganti jew/u artistiku.

Dan il-fatt jiffrustrani minnu nnifsu iżda l-frustrazzjoni tikber meta niftakar li minn naħa l-oħra ftit li xejn niddejqu nitrasmettu jew nirrappurtaw xeni vjolenti; kemm dawk fiżiċi u dawk psikoloġiċi.

Jinqala' dibattitu sħiħ jekk titfaċċa żejża fuq riklam. Ironikament, l-istess nies li jitkażaw quddiem xena hekk, ikunu dawk li probabilment jaffaxxinaw ruħhom (jew għall-inqas, hekk jgħatu mpressjoni) quddiem biċċa arti rinaxximentali.


Mhux ta' b'xejn li bqajt skantat kif imbagħad ma ntqal xejn meta riklam ta' ditta popolari tal-ġugarelli tat-tfal, f'xena ta' żona residenzjali minn tagħha, inkludiet pupu qed jixxabbat mill-"convertible" b'pistola f'idu! Dan kien riklam prominenti fuq bus stop fix-xatt ta' Tas-Sliema!

Qed niftakar f'mument ieħor, ġewwa Għawdex. Tifel ta' xi sentejn jispara b'pistola lejn arcade video game akkumpanjat b'tant "injoranza" minn missieru.

Allura ngħid jien fejn hu l-periklu? Certu films u ċertu drama maltija, mhux iktar perikolużi minn ġisem espost ta' mara jew raġel?

6 comments:

  1. Jitkaza u jiskrupla min ghandu mohhu hazin.....xhena jew poza artistika li toffrilek emozzjoni m'hix vulgari izda espressjoni.
    Jien nghid li kulhadd ghandu jiccensura lilu nnifsu.......jekk wiehed jahseb li sider jaghtih skandlu jew iqannqal ghal atti oxxeni......ma jharissx!!! Antoine

    ReplyDelete
  2. Żewġ punti:

    01) Iċ-ċensura fiha x'taħseb. Kif għedt inti, għala ċerti affarijiet ċensurati filwaqt li oħrajn le? Ċarament id-deċiżjoni m'hix qegħda f'idejn ta' min jafdahom. Personalment jiena kontra ċ-ċensura ingenerali; ma nemminx li naqra films, toys, video games b'xi pistola jaffetwaw wisq. Jien tgħdix kemm rajt films tipo Rambo meta kont taħt l-eta u xorta waħda jien paċifist u ma jogħġobnix il-ġlied!

    02) Punt importanti dwar iċ-ċensura hu li turi biċ-ċar il-valuri doppji tas-soċċjeta. Iġġegħlek taħseb, "B'min iridu jitnejku?"

    ReplyDelete
  3. Naqbel mieghek Pawlu meta titkellem fuq il-permessivita fuq il-vjolenza anke mat-tfal...naqbel hafna li dan hafna drabi huwa ta' hsara kbira ghall-individwu, ghal ta' madwaru u ghas-socjeta` b'mod generali.
    Fuq il-gisem tal-bniedem hemm hafna xi tghid. Ghalija il-gisem tal-bniedem huwa xi haga mill-isbah u fost l-aktar 'affarijiet' prezzjuzi li ghandna u ghaldaqstant m'ghandux ikun hemm misthija zejda fir-rigward tal-gisem bhal li kieku qeghdin nahbu xi haga hazina. Bhala religjuz li jien ghandi certu opinjonijiet, imma madankollu nahseb li naqblu jekk nghid li ahjar xena ta' mhabba (jekk hija mhabba veru u mhux uzu ta' xulxin) anke jekk m'hix skond in-normi nsara, milli xena ta' vjolenza jew xena ta' xi tip negattiv iehor. Ftit ilu kont f'bar Paceville u kien hemm zewg irgiel jitbewsu u xi hbieb tieghi li kont maghhom bdew jitkellmu b'mod dispregjattiv fuqhom. L-omosesswalita` prattikata m'hijiex xi haga li jien nati kunsens ghaliha imma bl-ebda mod ma nista nifhem kif dawn shabi bdew jitkellmu b'dan il-mod fuq dawn it-tnejn umbaghad xi haga bhal droga jew vjolenza tigi trattata bhala xi haga normali tal-lum il-gurnata. Insomma biex ma ntawwalx u nigi ghal punt li ridt nghid...inti semmejt riklam fejn tidher zejza bhala ezempju...il-problema li nsib jien, m'hijiex fiz-zejza di per se, izda propju ghal fatt li il-gisem tal-bniedem li hu tant prezzjuz qieghed jigi sottomess ghall-kapitalizmu u l-uzu tal-bniedem bhal li kieku xi haga ohra kwalunkwe li tista timmanipola biex thalli qliegh... u nahseb li huwa propju dan it-tip ta' attegjament, cioe, l-attegjament li il-gisem huwa oggett li nista nuza, li mbaghad iwassal ghal imgieba li m'hijiex f'posta u li tkun ta' hsara ghall-individwu, u iktar u iktar ghal ta' madwaru/a... Ma nahsibx li xeni tal-gisem ghandhom jigu uzati fir-reklamar jew f'kwalunkwe tip iehor ta' kummerc...fl-arti ma nsibx problema li jidher il-gisem uman diment li dan ma jigix mod ta' kif l-artist idawwru f'kummerc.

    ReplyDelete
  4. @Istivan
    Huwa minnu li mhux dak li tara mhux necessarjament isir "tieghek" imma nemmen li l-periklu hemm ikun. Jekk tmur tigri fuq art imxarrba mhux necessarjament tizloq imma tkun qed tistedinha. L-istess nara l-arguement tal-vjolenza fuq it-tv.

    @Antoine
    Il-punt tal-awto-censura huwa nteressanti ferm!

    @Robert:
    Naqbel hafna mal-ewwel argumenti li poggejt. Ghandi perspettiva personali ohra fuq il-hajja omosesswali - biss kategorikament naqbel mieghek li dak it-trattament jigi accettat.

    Nifhem il-vizjoni tieghek dwar l-uzu tal-gisem ghar-reklamar. Jien izda, inpoggiha b'dan il-mod:

    Hemm l-estremitajiet f'kollox. Jien, forsi minhabba li gej minn professjoni li tmiss ir-reklamar ta' kuljum, nemmen li bhalma l-kuncett tal-gisem tal-mara jista jigi ezawrit u mwaqqa ghar-redikolu, nemmen ukoll li hemm kazijiet fejn dan ikun jghamel sens anki f'reklamar.

    Inhoss li bhalma l-mara tista thossha "abbuzata" meta tara l-figura gharwiena uzatha kontinwament, anki l-kuncett tal-mara tahseb il-hwejjeg b'certu detergent ghandu jitqies offensiv jekk uzat kontinwament.

    Mhux jekk hix gharwiena jew le. Ghalija dak mhux argument. Imma jekk hix uzata b'dak li l-inglizi jsejhulu "good taste". Ovvjament hemm linja rqiqa mmens bejn il-"good taste", l-pervers u l-oxxen!

    ReplyDelete
  5. http://maltanudist.wordpress.com/

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn