Għadda l-Milied u wasal żmien is-sales. Għandek idea meta f'Diċembru ċertu ħwienet jgħollu l-prezzijiet sabiex f'Jannar jiksu l-vetrina bil-kliem SALE, SALE, SALE?
Fil-bidu ta' din il-leġislatura Lawrence Gonzi approva żieda ta' €500 fil-ġimgħa lill-MPs, imma issa, ftit minuti ilu ħareġ jgħid li ser ineħħiha "sabiex jgħati l-ewwel sinjal li l-Gvern qed jieħu azzjoni biex insalvaw l-ekonomija u nilqgħu għall-mewġ tal-2012"...
Strateġija ta' SALE ikolli ngħid!
Appuntu hemm fejn nerġa ntenni l-apprezzament tiegħi lejn Franco Debono meta jgħid (nikkwota mit-Times of Malta)
"What happened today means that Lawrence Gonzi, who did not resign after
blatantly disrespecting the will of the majority expressed in a
referendum, must now resign immediately since this is an admission that
the country has gone through four years of suffering uselessly,"
u
"Today's decisions, he said, also meant that there were characters
lurking in the background and manipulating behind the scenes. "It also
means that I have been right all along and every advice I have given
should have been implemented without causing undue suffering to this
nation, and to me."
Ma nistax ma nirringrazzjax il-kuraġġ u stamina ta' dan il-bekbenċer li tassew irrispetta l-fiduċja li ngħatatlu fl-elezzjoni u qam għall-ġid tas-sistema.
L-ironija hija biss li fis-Sales ta' Jannar, ħafna minn dawn il-ħwienet xorta jgħamlu suċċess fil-bejgħ tagħhom u probabilment anki din l-istrateġija politika taf issarraf f'riżultati pożittivi għal Gonzi. Biss biss, meta tara l-insulti li jirċievi Franco Debono mill-partiġġjani nazzjonalisti fuq Times of Malta tieħu sensazzjoni li s-sales ser iħallu l-qliegħ!
Sincerament, jekk sal-bierah kont nifhem ghala bniedem jista jkun li jammira lil Franco, issa m'ghadnix nifhimha. Ma nammirax egoizmu u megalomania. Dik mhix politika.
ReplyDelete