Saturday 19 February 2011

Beningi u belti

Tinżel bħal għasel, mixja tul it-toroq ta' beltna l-kapitali f'dawn is-siegħat tal-ġurnata. Anki jekk tiġi bla mistenni. Ix-xewqa tgħelibni u iktar milli riġlejja, qalbi timbuttani ngħamel pass, ieħor u ieħor. Nintilef inħares 'l fuq u ninnota li għalkemm terraqt għal ħamsa u għoxrin sena f'dawn it-toroq, kont aljenat biżżejjed li nitlef numru vast ta' dettalji; ammont kbir ta' rikkezzi, prodott missierijietna.

U nerġa nserraħ fuq il-magħqad li jdur bħal żugraga quddiem il-kompjuter, inkompli fejn ħallejt bl-intervent ta' Beningi f'Sanremo u nħossni nifhmu. Inħoss l-istess dmugħ li jrid joħroġ minn għajnejja meta nitkellem fuq belti - u mumenti oħra - anki fuq pajjiżi.

U nġib quddiem għajnejja 'l missierijieti li ħolmu li jiena ngħix f'dil-belt, kuntent, magħġun ħaġa waħda mal-kultura, mal-ħajja f'komunità, mad-disinn, il-forom, l-arti, il-ħsejjes mużikali tar-riħ li jiġri tul toroq twal u jikser kantunieri dojoq, il-forom ta' dellijiet ġiganteski projetà ta' dettalji ckejkna. Missirijieti li fil-kaos ta' monti maħnuq ta' filgħodu, lagħbu logħba mas-skiet ta' Triq Merkanti ta' filgħaxija iżda llum biegħu x-xogħol ta' missirijiethom biex jgħamlu spazju għall-pjan tal-mexxejja.










F'moħħi nerġa nħares 'l fuq u ninnota t-tabelli tal-aġenziji tal-propjetà, li llum ħakmu lil belti bħalma qatt ma ħakmuha t-Torok li xtaquha. Nittawwal lejn dik il-gallarija fi Triq Merkanti, kantuniera ma' Triq Lucia u nimmaġina lil ta' qabli kburin biha u llum imbikkma għax uliehom bħall-abbati, jitolbu l-ħniena jew għax uliedhom alabiebhom minn missierijiethom u warrbu l-memorji tagħhom ġewwa Hastings.

1 comment:

  1. Love your eye to detail and enthusiasm for Valletta. For me, it's one of our country's most sparkling jewels, and one of the most beautiful cities of Europe. The view of the Grand Harbour and Fort St Angelo from Barrakka is one of the most touching views in the world...the arena of the Great Siege, the grandeur of the Knights, the courage and gallantry of the Maltese, all concentrated at one point. A definite must-visit on every errand at La Valletta.

    Keep it up!

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn