Tuesday 13 December 2011

Aħbarijiet inutli

Għadni kif smajt l-aħbarijiet ta' nofsinhar fuq One Radio; skeda ta' aħbarijiet sħiħa, maħsuba sabiex twassal infomazzjoni lis-semmiegħ. Imma nibqa ma nifhimx din l-ossessjoni li ngħalqu l-kollezzjoni b'aħbar li sincerament ma nifhimx ir-relevanza tagħha!


Illum, l-aħbar ta' traġedja fic-Cina fejn vann mimli tfal waqa' f'gandott sabiex jevita milli jaħbat ma' karozza, bit-tfal jisfaw mejta! Issa ngħid jien, apparti li tkexkex meta semgħa l-istorja, x'ħa is-semmiegħ ta' One minnha? Fuq liema kriterji tintgħażel storja bħal din biex tiġi nkluża fir-rapport?

Ma nafx imma forsi aħbarijiet bħall-ħatra ta' President ġdid fit-Tunesija jew ir-riżenja tal-Kanada mill-protokoll ta' Kyoto ma jistgħux jinfurmaw aktar lis-semmiegħ?

3 comments:

  1. U jekk jinkludu l-ahbarijiet kemm il-hatra ta' president gdid kif ukoll it-tracedja? X'hemm hazin billi wiehed isir jaf x'inhu jigri f'pajjizi ohra?

    ReplyDelete
  2. Tħossok aħjar li taf li fic-Cina seħħ dak l-incident?
    Mhux element ta' "x'hemm ħażin" imma element ta' "x'inhu relevanti".

    ReplyDelete
  3. I don't think it's a case of "Do I feel better knowing," but a case of knowing what's happening round the world and being somewhat compassionate. What I don't like is ignoring something just because it's far away. If you don't like what a particular radio broadcasts, you can always stop listening. That's why I don't listen to radio. I consume news through RSS. That way for most items i just read the title and keep on. And stop to read what actually interests me!

    Btw, there's a new WordPress Version out today - maybe it should've been on one news too ;)

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn