Nikkwota parti minn email li ktibt fit-2 ta' Settembru,
Ili snin ngerger li s-sistema dualista tal-parlament u l-politika ngenerali Maltija hija bażwija. Ittamajt fl-AD izda ghalxejn. Iva nemmen li t-3 partit huwa bzonnjuż immens. Hemm bżonn titwaqqaf il mentalità fejn il-partiti jfittxu ftit 'yes sirs' u jrawwmuhom bħala kandidati fidili li jgħidu iva għal kollox!Għandi opinjonijiet varji rigward l-idea. Nemmen f'kandidati ndipendenti eletti fil-Parlament u f'aktar għaqdiet rappreżentattivi. Noħlom ukoll li partit ġdid ikun iddistakkat kompletament mill partiti preżenti kemm bħala mmaġini, kif ukoll bħala isem. Wisq nibża' li b'titlu li jinkorpora fih il-kliem "Partit" u "Nazzjonalista", dan jaf jiġi nterpretat bħala klikka ġdida b'fundamenti simili għal tal-Partit Nazzjonalista u allura jgerrex lil kull min maż-żmien, tgerrex mill-bejta l-blu u lil min, frott l-injoranza, dejjem ra l-blu bħala kulur l-għadu.
Nemmen f'għaqda jew assoċċazzjoni li ssemma' leħinha fuq dak kollu li jkun qed jiġri u mhux biss dwar dak li jinteressa lilha biss. Hawn fejn inħoss li tfalli l-Alternattiva Demokratika. Nemmen f'għaqda u mhux f'Partit li jitolbok tħallas membership u li jħeġġek tinżel tpaqpaq meta jiskorja! Il-politika mhix partita futbol! Nemmen f'Madrid fejn il-poplu jirreaġixxi kontra min imexxih ħażin u mhux jibqa' passiv. U hawn nħeġġek tara dan l-intervent ta' Maurizio Crozza li jitkellem madwar l-istess punt.
Nittama li int li qed taqra, tgħaraf ma tibżax tinħall mill-irbit ta' kultura li rawwmitna ngħażlu bejn aħmar u blu; inġelldu l-aħmar u l-blu; nikkategoriżżaw f'aħmar u blu; nirraġunaw f'aħmar u blu! Xi wħud jgħiduli "imma dan kollu ħolm Pawl! Trid tkun prattiku!" Jien ngħid... kieku ħadd qatt ma' ħolom, kieku għadna niġġerrew Għar Dalam!
Nittama li l-lirika tal-grupp Sempliċiment tat-Triq isseħħ tassew: "Ħabib, ir-revoluzzjoni qegħda fil-qrib" (mill-kanzunetta 'Qumu minn hemm')
No comments:
Post a Comment
Ikkummenta hawn