Dal-pajjiż ilu jgawdi minn Awtorità tax-Xandir sa mill-1961. B'mandat li tkun ta' tarka fuq l-informazzjoni li tixxandar fil-midja lokali, hija tissalvagwardja l-verità fil-kontenut u fl-obbligi kummercjali u amministrattivi.
Nixtieq illum inqajjem punt dwar kemm l-awtorità hi ddedikata u mħarrġa sabiex anki tissalvagwardja eventwali manipulazzjoni ta' messaġġi. Għalfejn qed ngħid dan?
Qegħdin f'kampanja elettorali mhux uffiċċjaliżżata u bħalma nħobb ngħamel dejjem, nipprova nsegwi l-aħbarijiet taż-żewġ partiti politiċi. Huwa minnu li meta tara l-aħbarijiet mgħaġuna minn oppożizzjoni, tħoss li l-aħħar tad-dinja huwa diġa' magħna kif huwa minnu wkoll li meta tisma l-aħbarijiet skont il-Partit fil-Gvern, tħoss li t-tieni miġja ta' Kristu taf tkun kemmxejn inutli fl-istat idilliku li ngħixu fih. Storja antika, li nifhem ukoll. Dan qisek qed tara l-Milan Channel u l-Inter Channel qabel d-derby tal-Madonnina!
Li jdejjaqni huwa meta b'mod sfaċcat u makakk - anzi, jkolli ngħid, b'ammont ta' ħażen - il-gruppi editorjali tal-Partiti, jitolbu lill-persuni tekniċi u kreattivi tagħhom sabiex jeditjaw filmati bi skop li dawn jiġu jinfthemu b'mod differenti. M'huwiex dan manipulazzjoni tax-xandir? Ma huwiex dan fid-dover tal-Awtorità li tikkoreġih? Ġurnalisti, edituri, fotografi u grafiċi professjonali qatt ma tgħallmu r-regola li fil-ġurnaliżmu, l-ewwel dover hu li tgħid il-verità?
Il-problema tkompli tiggrava meta tinduna li anki nies ta' ċertu kalibru u ntelliġenza, qed jaqgħu għal din il-manipulazzjoni - aħseb u ara l-poplu fit-triq! Bħalissa qam id-dibattitu dwar il-famuża paga minima. U hawn ġara bużillis kbir li tani mbuttatura sabiex nikteb din in-nota! Filwaqt li Joseph Muscat qal proposta minn tiegħu, li sinċerament ma nistax nikkummenta fuqha għax minix ekonomista, il-midja tal-Partit Nazzjonalista, għażlet li teditja l-filmati b'tali mod li 1) tibdel il-ġist tal-kontenut 2) tixħet dawl qarrieqi fuq il-proposta 3) tgħati mpressjoni li min attenda għad-dibattitu ukoll kien qed jibilgħu f'għajnu b'dak li kien qed jintqal. Bqajt imbellah nara l-verżjoni tagħhom! Biss, kull bniedem responsabbli u ta' ftit idea dwar editing, jaf biżżejjed kif sar il-cutting tal-immaġini, u tal-audio, l-għażla tal-mużika u t-ton tal-vuċi! Hemm għalfejn nispjega dak ukoll?
Hawn hu x'qal Joseph Muscat. Ara l-vidjo.
Hawn hu kif xandarha l-Partit Nazzjonalista. Ara l-vidjo.
Kif żewwaqha aktar l-Partit Nazzjonalista. Ara l-vidjo.
Manipulazzjoni oħra hija l-użu tal-kelma "deċiżjoni/wegħda (ta' Muscat li jiffriża l-pagi)", minflok "proposta". Ninża l-kappell lill-istrateġisti tal-PN imma nitqażżeż ninnota l-ammont ta' makakkerija qarrieqa li tintuża f'kuntest tant importanti għal poplu.
Dħalt facebook u sibt li anki Michael Briguglio (Chairperson and spokesperson for Economic Policy and Culture of Alternattiva Demokratika) qed jiġi nfluwenzat billi jgħid "It baffles me how a new middle class can be built whilst denying workers an increase in the minimum wage."
Minjaf fejn hi l-Awtorità tax-xandir? Ftit editing jaf jibdel l-ġist ta' diskursata imma naħseb lanqas riefnu qawwi ma jibdel il-klikkek partiġġjani ħomor u blu li jeżistu nfilsati kullimkien! Filwaqt li f'Madrid il-poplu niżel jieħu sodisfazzjon fuq id-drittijiet tiegħu, hawn Malta l-poplu mar iċapċap lil min qed iwaħħalulu ħelu ħelu, kuljum u jbellgħalu nformazzjoni manipulata! Ħasra li anki l-PN qed ikompli jaqa'
għar-redikolu meta jippromwovi din l-attitudni fil u mill-midja tiegħu. Jien quddiem dan kollu ma nista' ngħamel xejn ħlief nikkummenta, ngħati raġun lil Franco Debono u nsaħħaħ l-għażliet tiegħi lejn elezzjoni oħra!
No comments:
Post a Comment
Ikkummenta hawn