Għal darb' oħra, erġajt ħallejt għall-aħħar biex inħallas il-kont ta' madwar €80 għas-servizz tal-Internet mal-Melita. Għaldaqstant, għal darb'oħra, qomt mingħajr is-servizz għax il-Melita b'eleganza liema bħalha u mingħajr pre-avviż hekk jitrattaw ma' klijenti li ilhom sa mill-bidu tal-elfejnijiet jużaw u jħallsu għas-servizzi tagħhom.
Pruvajt nidħol fis-sit elettroniku tagħhom - taf int - timmaġina li ser jgħatuk aċċess biex għallinqas tħallashom u tkun tista' titlob is-servizz lura. Imma le. L-ebda aċċess.
Imsomma, ċempiltilhom mill-mobile u bħal dejjem bdiet il-litanija ta' messaġġi rrekordjati li ma jgħinu xejn f'mumenti ta' frustrazzjoni. Messaġġi bil-Malti segwiti minn interpretazzjoni bl-Ingliż li jtertqulek qalbek iktar minn maġistrat kiefer li jdum idur mal-lewża biex jaqtahielek għall-forka!
- Messaġġ ta' Merħba (Malti u Ingliż)
- Stedina biex tgħażel bejn 1 u 2 skond il-lingwa li tippreferi.
- Hawn tiġi mgħarraf li t-telefonata jaf tkun irrekordjata
- Tintgħalab iddaħħal in-numru tal-kont tiegħek magħhom
- U hawn tingħata dettalji dwar l-istat tal-kont tiegħek
- Issa jmiss jinfurmawk li tinsab f'menu prinċipali fejn tingħata 5 għażliet…
- U minn hemm, wara grazzi, tgħaddi għal menu ta' 4 għażliet oħra
- Eventwalment hawn tiġi mgħarraf li ser tiġi trasferit ma' rappreżentant tal-'Customer Care'
Il-beżżul fija jispikka f'dawn il-mumenti. Spiċċali l-kreditu f'nofs telefonata u ara ma taħsibx li ċempluli lura! Le, erġajt ċempilt minn mobile ieħor fil-familja. Martirju ieħor, għalkem din id-darba għafast in-numri mingħajr ma kelli nisma kollox.
Għall-erwieħ! X'għall-erwieħ! Staqsejt nistax ngħati l-informazzjoni tal-kard tal-kreditu biex inħallas il-kont iżda qaluli li rrid immur f'uffiċċju minn tagħhom għax m'għadhomx jaċċettaw pagamenti mit-telefonati. Qaluli li nista' nħallas minn fuq my.melita.com ukoll… bħal donnhom insew għaliex qed inċempel!
Għal grazzja t'Alla skoprejt li mill-kamra l-baxxa nista' naqbad bis-serqa ma' network ta' uffiċċju fil-viċin, u allura min hawn u minn hemm irranġajt is-sitwazzjoni. Imma x'kedda!
Monday, 9 December 2013
Wednesday, 17 July 2013
Viva Malta
Kif rajna dan l-aħħar f'għadd ta' gazzetti, il-Prim Ministru Joseph Muscat wasal jikkunsidra li juża kull mezz sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward l-effetti tal-immigrazzjoni llegali mill-Afrika ta' fuq, lejn Malta. Nemmen li kontra l-prinċipji umani tiegħu, wasal jikkunsidra, jew iħalli lok ta' konsiderazzjoni tal-ormaj famuża "push back policy".
Kif stqarrejt pubblikament fuq Facebook u anki permezz tal-firma tal-petizzjoni li għamilna numru ta' prattikanti tal-arti u d-disinn f'Malta, ma naqbel bl-ebda mod li dawn in-nies jintbgħatu lura mingħajr ċans li japplikaw għad-dritt tar-refuġju. Il-push back ma hija xejn ħlief biżà indefinita u nkontrollabbli li ssikket lill-qalb milli tagħraf issostni lill-bnedmin ħutna f'mument ta' kriżi. Huwa ironiku kif meta ssir xi ġabra mill-kaxxa maġika tat-televiżjoni, ninfexxu nitħassru lil nies varji u neżaltaw ruħna f'offerti ta' flus eżorbitanti. Imma ara jersqu lejn ix-xtut imqaddsa tagħna għax niklulhom wiċċhom bit-tgħajjir!
Sfortunatament kien hemm artisti li baqgħu lura milli jingħaqdu mal-bqija kontra din l-possibiltà. Wara li qrajt dak li stqarr Kenneth Zammit Tabona fuq il-Facebook tiegħu jidher li l-valutazzjonijiet tal-petizzjoni setgħu ma kienux mixtarra sew. Zammit Tabona kiteb: "I never wrote that I advocate push backs but that I resent people acting as if they had happened; especially because when they did happen nobody badgered me for my signature on any petition as what happened now. I find it farcical that I am protesting about something which is old hat because once the Court of Human Rights has vetoed it the PM complied immediately."
Huwa minnu li f'dan il-każ, il-push backs ma seħħewx - biss ir-rikatt sar u sar bil-qawwa. Iva kien rikatt indirizzat lejn l-Unjoni Ewropea (dik l-istess Unjoni li ħafna tant tqabdu għaliha fl-2004), imma rikatt li uża lil dawn il-persuni f'mumenti ta' kriżi. U dan ma naqblux miegħu ukoll. Filfatt il-petizzjoni kienet tindirizza mhux biss il-push backs iżda wkoll kull kunsiderazzjoni tagħhom, tiġi meta tiġi: "We join in expressing our firm disapproval of considering similar policies that would place the migrants’ life at risk."
Lura fl-2002 meta saru l-famużi push backs lejn l-Eritrea, jien kelli tnejn u għoxrin sena u kont impenjat fuq livell soċjali iktar lokali u personaliżżat. L-inqas idea dwar iċ-ċrieki artistiċi, l-immigrazzjoni u l-petizzjonijiet. Biss, illum, nemmen li żball antik ma għandux jikkundannani biex nagħmel ieħor, u appuntu għalhekk, orġaniżżajt il-petizzjoni. Il-push backs fihom infushom huma ġesti kodardi, ġejjin minn fejn ġejjin u jsiru meta jsiru. Minflok nistaqsu għalfejn fl-2002 ħadd ma kellu l-bajd sabiex jgħamel ftit oppożizzjoni, ingergru għax illum saret! Ma nafx! Nitfixkel!
U għal dawk kollha li talbu lil kull min iffirma xi petizzjoni sabiex iżomm f'daru xi immigrant jew tnejn, tajjeb li jkunu jafu li l-argument tal-petizzjonijiet ma huwiex li Malta ssir xi tip ta' lukanda fil-Mediterran iżda li Malta, li hija dari, tkun il-post ta' refuġju u komfort, temporanju, għal ħutna f'mument ta' disperazzjoni. Konvint li l-awtoritajiet, bis-sistemi llum esperti tagħhom, jafu jgħarfu l-każijiet ġenwini minn dawk inqas ġenwini, u jieħdu proċeduri skond il-kuntest.
Le - Malta ma tistax titlef il-valur tal-imħabba li dejjem sawwarha. Il-push backs, jew, nerġa ngħid, kull kunsiderazzjoni tagħhom, hija kważi kważi att kriminali. Huwa importanti li kulħadd jifhem li ħadd ma hu kontra li l-Unjoni Ewropea tikkollabora f'din is-sitwazzjoni, biss hemm mod u mod kif tasal għal dak il-proċess. Ta' min ninnutaw kif, per eżempju, il-problema tal-immigrazzjoni ingħatat iktar attenzjoni mill-media internazzjonali permezz tar-ritratt, kapulavur artistiku ta' Darrin Zammit Lupi milli bl-idea tal-push back policy li ażżardajna nikkunsidraw! Reuters, Telegraph, New York Times u BBC fost oħrajn, kienu minn ta' quddiem li tkellmu madwar dan ir-ritratt. Il-qawwa tal-arti li bħal fil-każ tal-Guernica, tikxef l-inġustizzja, bla ma taqa' fil-baxx!
J'Alla nikbru ma ndumux!

Thursday, 27 June 2013
Wara l-Isle of MTV
Kont ser nibgħat din l-ittra lil xi gazzetta lokali imma reġa' bdieli għax niddejjaq nistenna, u ddeċidejt li għalkemm bil-lingwa Ingliża, insemma leħni fuq din is-sitwazzjoni li ltqajt magħha llejla wara l-kunċert tal-Isle of MTV.
02:00am Sometime in 2012.
I have just driven past amber at the first set of pelican lights in a deserted St Anne's Street Floriana only to get halted near the APS branch by a group of police who issued a fine for driving past "the red lights". Given no chance to argue, I had to write one or two letters to concerned departments so that the fine got dismissed a few months later.
01:00am Tonight.
I have just been lucky enough to drive back home into Valletta through Floriana following a night out at the movies. It took me forty minutes to complete the hefty journey… just imagine a fictitious paramedic trying to reach out to an incident scene at lower Valletta. Forget it! During this time I had the chance to listen to the new album of Italian band “Ministri” and ironically also witness the collapse of street laws in front of the eyes of Police. Isle of MTV had just finished and it was a free for all situation. Leading the deliberate bad practice were Arriva busses who, rather than driving within their dedicated bus lanes they took in the middle lane and one after the other ignored a driver, probably a Floriana resident, who indicated an attempt to turn left to Sarria area. One specific ‘sardines’ car which I happened to be following, was home to, let’s say, six guys. Each time their engine was turning off because of the overweight, they smiled at the nearest drivers and police like all is well and good. Drivers opting last second for a ninety-degrees turn into one road they were otherwise missing, were patrolled calmly and given no warnings. Police also missed out on the tens of people sitting, standing and eating on the Vilhena lion fountain much to the enjoyment of the Local Council's budgets i would guess!
And what about the tonnes of food and drink containers littered all over St Anne and adjacent streets? What about large groups of foreign students taking memorial pictures in the middle of St Anne Street to the detriment of traffic flow and their own safety? Also, is it ok for people to walk partly naked at 1am in Floriana, or to drive with their passenger sitting on the side window? And parking on pedestrian sidewalks and on double yellow lines? I don’t know! I’m probably missing out on various other misconducts tonight but I’m pretty tired now and I think you’ve got the gist.
Don’t get me wrong. This is not a complaint about the event, to which I’m all in favour. This is criticism towards the Police and the authorities above them, obliging to such blatant irregularities. The law is there and should indeed be respected anytime, yet, it should also be given its due respect by Police officers anytime as well. How could we, as a society, nurture an educated culture, when the authorities themselves disregard flagrant misconducts? Why would we need law that caters for public order and welfare, if this does not achieve its practical goals during mass events? Wouldn’t the authorities be ridiculing the law and its direct beneficiaries if they access it only when it’s a three to one or ten to one demonstration of power?

Saturday, 22 June 2013
Il-Lotterija tal-VAT
Sal-ġurnata mqaddsa tal-llum għadni qatt ma ltqajt ma xi ħadd li rebaħ premju mill-Lotterija tal-VAT. Mingħajr l-iċken sorpriża, minn l-eluf kbar ta' rċevuti li l-familja tiegħi tibgħat, lanqas qatt ma telgħat waħda. Biss dan l-aħħar xi ħadd qalli li hawn xi ħadd maħbub sew max-xorti.
Jidher li fl-aħħar estrazzjoni li saret fis-sbatax ta' Ġunju 2013, xi ħadd imwieled fl-1982, kien tassew furtunat! Apparti li telgħat irċevuta minn tiegħu, telgħat ukoll it-tieni waħda. Tassew fortuna. Iżda dan mhux biżżejjed. Il-persunaġġ misterjuż rebaħ l-akbar żewġ somom tal-ġurnata: €11,647.00 għal darbtejn! Dan jista' jiġi vverifikat hawn.
Filwaqt li b'intenzjoni, ngħażel li ma nkunx sarkastiku għax ikun hemm min jispiċċa jitbaqbaq, nifraħ lil dan il-persunaġġ minn qalbi. Nirreferi wkoll mistoqsija lid-Dipartiment ikkonċernat sabiex jinvestiga għandux jintlaħaq ftehim fejn għallinqas ġukatur ikun jista' jirbaħ darba biss f'kull lotterija – sabiex b'hekk jingħata iktar ċans ta' rebħ lil nies varji... forsi jien, forsi, min jaf?!
Wednesday, 29 May 2013
Il-fjamma tħeġġeġ
Forsi ftit għajjien jew forsi qed noħlom diġà. Aktar kmieni lbieraħ rajt lil xi nies jitħaddtu madwar l-artiklu "The Eternal Flame will die daily" li ppublika sieħbi Mark Anthony Sammut, għall-ħabta tal-16:30. Ma stajtx nifhem eżatt dwar xiex kien l-argument għax il-kliem eternal flame instemgħu ġodda fil-kuntest kontemporanju tad-dibattiti politiċi... tħawwadt aktar meta fuq Facebook tfaċċa kontribut ironiku ta' Der Heckler li fakkarna fil-kanzunetta li ġġib l-istess isem.
Għadda l-ħin u filwaqt li suppost qed nikteb xi waħda mill-kitbiet li għandi nlesti fil-kors Universitarju, għażilt li naqra l-artiklu ta' Mark u nipprova nifhem. Fhimt... iżda ma fhimtx. Ħalli nispjega ruħi.
Iva s-simbolu tal-fjamma li ssellem lil dawk li waqgħu fil-gwerra huwa simbolu qawwi. Napprezza s-sentimenti li esprima Mark imma nfakkru li kif indika Charles Muscat stess, f'dokument li għalih hu stess irrefera, din hija biss fjamma ornamentali. Nemmen li s-simboloġija ta' monument erett fil-pubbliku hija sovrana u mittiefsa rrispettivament minn kull żieda dekorattiva u/jew ċerimonjali. Jidher, minn kliem Muscat stess li "minn risposta tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi għal mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Gvern iddeċieda li din il-fjamma tibda tinxtegħel biss bejn is-6pm u s-6am f'dik li jidher li hi miżura oħra ta' cost-cutting mill-Gvern Laburista".
L-għaġeb tiegħi għal dan il-kummentarju ta' Mark ma hux wisq dwar dan il-punt li qajjem iżda dwar il-konsistenza tal-Partit tiegħu f'dawn it-tip ta' argumenti. Filwaqt li llum tfaċċat karba għal rispett lejn il-prassi li jfakkru lil dawk fost missirijietna li taw ħajjithom għalina, sa ftit tax-xhur u snin ilu rrenja nonchalance liema bħalu. Lura fl-2009 il-Ministru tar-Riżorsi, George Pullicino kien, neħħa l-monument tas-Sette Giugno minn quddiem il-Parlament, possibilment kontra l-permessi mifthema mal-MEPA, bl-iskuża li dan kien ser jerġa jiġi nkluż fid-disinji tal-proġett ta' Piano. Għal erba' snin dan il-monument, u l-filosofija ta' ribelljoni li jirrappreżenta, spiċċaw imwarrba minn quddiem għajnejn il-massa, u sat-8 ta' Marzu 2013, l-ebda Ministru mill-Partit Nazzjonalista ma refa' ir-responsabbiltà sabiex dan il-Monument jibqà fiċ-ċentru tal-memorja ta' dan il-Pajjiż. Ovvjament ma nimmaġina l-ebda fidil tal-Partit, ironikament Nazzjonalista, li ser jipprova jfakkar mument fejn il-poplu qam sovran u sfida lill-awtorità!
Imma forsi l-vittmi tas-Sette Giugno ma ħaqqhomx rispett ukoll. Minjaf. Forsi l-bżonn li niftakru li għandna l-poter inqumu kontra l-abbuż ma ħaqqux ġieh. Fl-ittra tagħna ta' Ottubru 2009, jiena u sieħbi Derek Fenech konna staqsejna iżda bqajna mingħajr risposti! F'pajjiżi ċivilizzati l-qawma tal-poplu hija l-pedamenti tad-demokrazija. F'Malta xi nies taw kontribut sabiex jaljenaw l-memorja tagħna iżda llum qed igergru għax fjamma quddiem monument predominanti fl-intrata tal-Kapitali, ser tinżamm mixgħula tul is-siegħat mudlama biss. Iva nibqa' nitħawwad u ma nifhimx!
F'dan il-pajjiż, Partit li għadu kif ġie mgħoti l-forka mill-poplu sforz l-apatija li kellu, jażżarda jkun kritiku ta' atti li tagħhom, huwa stess kien protagonista sa ftit xhur ilu! Jiena, ningħaqad mal-bojja u ntenni tislima sħiħa lil Manwel Attard, Wenzu Dyer, Karmnu Abela, Guzeppi Bajada u vittmi oħra li ħabbew lill-Maltin, bit-tama li l-fjamma li tħeġġeġ fl-arti li ħallielna Anton Agius u artisti oħra, tibqa' tixgħel fil-qlub u tħeġġeġ rivoluzzjoni eżistenzjali.

Monday, 27 May 2013
Psewdo-artisti Maltin
"Li tgħamel huwa att kreattiv. Id-differenza li tiddistingwi lill-artist hija il-livell ta' użu tal-manwalità, idejh u kemm iħallihom liberi li jaġixxu – kemm fuq livell artistiku kif ukoll dak produttiv. Lili l-produzzjoni manwali tgħoġobni jekk toħloq, imma huwa inti li trid tfassal lingwaġġ personali u l-biċċa xogħol innifisha! Hekk kif jiġri fil-poeżija, li tlaħħam dinjiet varji permezz ta' kliem u hi kapaċi tagħti forma viżibbli lir-ruħ ta' kull oġġett, l-użu u s-sbuħija tagħhom."1
Fejn huma l-artisti Maltin? Min huma l-artisti? Anzi ħa nsaqsi lilek li, bħali, tgħid li int artist jew tgħix minn fuq l-arti: X'inhi l-arti tiegħek u lil min qed isservi? X'qed tgħid l-arti tiegħek u x'inhu l-iskop tal-eżistenza tagħha? Lil min qed tolqot?
L-artist. Min hu artist? X'jiddistingwi artist minn ħaddieħor li mhux? X'funzjoni għandu l-artist fis-soċjetà? Dawn il-mistoqsijiet ġew f'rasi hekk kif wara l-ħatra ta' Jason Micallef bħala Chairman tal-Kumitat tal-Valletta 2018 Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura, il-gazzetta Times of Malta rrappurtat kummenti dwar din il-ħatra minn artisti li ppreferew jibqgħu anonimi. U hawn fejn nistaqsi l-ġenwinità ta' dawn il-psewdo-artisti. X'inhi l-biżà li tesponi dak li tassew temmen? Xi ħsara tista' issirlek li żżommok lura milli tgħid il-verità b'wiċċek minn quddiem? Forsi huwa minnu dak li kien qal Baudelaire "ftit huma dawk li għandhom id-don li jaraw; iżda inqas dawk li għandhom il-ħila ta' l-espressjoni".2
U din il-ħila ta' espressjoni mhix biss il-kapaċità li terfa pinzell, iċċappsu biż-żebgħa u tħabbtu ma' tila. Mhix biss il-kapaċità li twelled rima u ritmu. Li tlissen melodija mill-ifjen b'intonatura kristallina. Hija l-espressjoni li toħroġ libera mill-qalb, il-ħsieb li spiss jaħsad. L-espressjoni li taf tistona jew tweġġa' lill-għajn għażżiena iżda li taf iċċaqlaq qalb, triegħed pedament u tofroq f'żonqra maltija.
L-artist huwa dak li b'wiċċu minn quddiem, jesprimi l-anarkija fi ħsibijietu f'forom sensorjali sabiex jinstiga libertà u jċanfar jew jikkritika dak kollu li jmur kontra l-libertà tal-ħajja – mhux biss dik umana. L-artist huwa dak li jantiċipa l-ħsieb komuni, jħoss il-polz tal-poplu u jesprimih jew jindika ħsieb forsi mistur għall-massa. L-artist jitkellem meta l-massa tkun imbikkma, aljenata, imhedda jew imwerwra. U jgħamel dan biex ixerred emozzjoni li ċċaqlaq. Fi kliem Marco Castoldi, l-artist jinħall mill-irbit ta' kull konvinzjoni, poża jew pożizzjoni. L-artist huwa politiku tal-poplu. Il-psewdo-artisti Maltin li jitkellmu biss minn wara l-ħasira li ma jmurx jintgħarfu u ma jkunux mistednin għall-ftuħ tal-esibizzjoni faqgħa li jmiss, jqabbduni rritazzjoni.
Intemm dan il-ħsieb billi għal darb'oħra nikkwota lil Baudelaire li dan l-aħħar, b'xorti tajba, kelli opportunità u ċans li naqra u nixtarr siltiet mill-kitba tiegħu fil-ktieb The Painter of Modern Life and Other Essays.
"Apparti dawk il- ftit eċċezzjonijiet, waħda jew tnejn, li m'għandix għalfejn insemmi, irridu nammettu li l-maġġoranza tal-artisti ma huma xejn ħlief annimali ta' ċertu sengħa, artiġjani puri, intelletwali tal-villaġġ u mħuħ sempliċi. Il-konverżazzjonijiet tagħhom, li huma neċessarjament limitati fi ċrieki dojoq, isiru, f'kemm ili ngħidlek, insopportabbli għar-raġel tad-dinja, iċ-ċittadin spiritwali tal-univers."3Nittama li aħna l-artisti Maltin inkunu għaqlin biżżejjed li naħarbu din id-deskrizzjoni b'kull ħila li għandna u b'irġulija!
1 Marco Castoldi & Mauro Garofalo (2008), In pArte Morgan, Elèuthera editrice. p.23
2 Charles Baudelaire (2010), Painter of Modern Life and Other Essays, Phaidon Press Limited. p.11
3 Charles Baudelaire (2010), Painter of Modern Life and Other Essays, Phaidon Press Limited. p.7
Friday, 3 May 2013
Kultura, żraben u patata
Żraben u Patata. Għajjejt. Infittex, ma nsibx. Google, Facebook, għalxejn. Fejn nista' nsib profil dettaljat taċ-ċermen il-ġdid tal-Valletta 2018? Jidher li ser tkun xi ħaġa diffiċli... Mir-reazzjonijiet li smajt, rajt u qrajt ilbieraħ f'ambiti varji, fosthom dawk kulturali, ħadt l-impressjoni li dawk li għandhom għal qalbhom il-Kultura ma tantx ħadu gost b'din il-ħatra għalkemm uħud għażlu li jkunu kawti u jgħatu ċans lis-Sur Micallef qabel jieħdu pożizzjoni. Hemm iżda min beda petizzjoni sabiex il-Prim Ministru jaħsibha darbtejn u hemm min ħareġ b'teoriji tal-fantaxjenza!
Ejja ninjoraw il-persunaġġ. X'kien il-bżonn ta' ċermen ġdid? Fuq livell prattiku, wisq nibża' li sforz dawn l-għażliet, ċertu proċessi jkollhom jerġgħu jibdew mill-ġdid. Kull diskussjoni u kull idea ikollhom jerġgħu jiġu deskritti u mfassla, għal darb' oħra, bħalma kellu jsir minħabba l-bidla tal-Ministru. Nittama li s-sena vantaġġ li għandna fil-proċess tal-kandidatura V18 ma titnaqqarx ftit ftit minħabba dan kollu.
Nistaqsi kif, wara li l-Gvern ċaħad xniehat li Micallef kien ser ikun maħtur għal din il-kariga, illum dawn ħarġu veritiera. Kien tant diffiċli li l-Gvern jaċċetta li x-xniehat kienu minnhom? Biex tkompli tfattarha, skond il-MaltaToday, wara li dalgħdu José Herrera ħabbar din il-ħatra, l-Uffiċju tal-Prim Ministru stqarr li ma kien jaf b'xejn!
Mill-istess artiklu ta' sieħbi, il-bravu ġurnalist Teodor Reljic, apprezzajt il-kumment ta' Mario de Marco – li nittama li fi żmien qasir ikun il-kap tal-Partit Nazzjonalista – fejn, fil-kuntest tal-arkitett David Felice, identifika punti validissimi li bihom tirrikonoxxi persuna denja ta' kariga mportanti fil-Kultura:
Huwa mportanti li kull min ikun inkarigat minn dan il-proċess sabiħ għal Malta u anki għall-Kapitali, ikun midħla tal-Kultura nġenerali tat-tnejn li huma, ikollu mħabba sinċiera lejn dak kollu li hu Malti u Belti u iva, kompetenza professjonali fis-setturi Kulturali - setturi partikolarment sensittivi li għandhom ikunu l-ewwel fl-aġenda ta' kull pajjiż modern u ntelliġenti. Fuq kollox importanti li jħalli warajh kull rabta partiġġjana li taf ixxekklu.
F'Kultura ħajja u mhux partiġġjana, insibu l-identità tagħna u għaldaqstant insibu kull sens ta' direzzjoni. Awguri Sur Micallef. Awguri Valletta 2018.

"When I wrote a letter of appointment for David Felice, I took into consideration his experience within the cultural sector, his love for our capital city and his professional competence..."Filwaqt li nirrikonoxxi li kull figura f'kariga hekk diffiċli tkun simpatika ma' kulħadd, nemmen li din il-ħatra tant sensittiva għandha dejjem tkun imfassla fuq il-kriterji msemmija mis-Sur De Marco – persuna li huwa stess, b'sempliċità u umiltà, dejjem wera rispett u riverenza lejn il-Kultura nġenerali. Filwaqt li nittama li Micallef ser jistinka sabiex jaqdi dawn il-kriterji, nammetti li kont narah iktar adatt għal ambjenti medjatiċi, fejn rawwem l-esperjenza vasta tiegħu u fejn anki l-Prim Ministru kien jirrikonoxxih. Nemmen ukoll li ċertu kummenti li Micallef ġieli għadda fuq facebook ma humiex mistennija minn persuna ta' kariga mportanti - biss konvint li quddiem kariga nazzjonali, mhux partiġġjana, ikun hemm rieda tajba. Nistenna bi ħġari wkoll li nisma dak li għandu xi jgħid dwar din il-ħatra. Jien bħala Belti li għandi dan it-titlu u l-kultura tant għal qalbi, nittama wkoll li jkolli ċ-ċans li inkellmu wiċċ imb'wiċċ sabiex niddiskutu flimkien bħalma għamilt ma' persuni oħra nvoluti.
Huwa mportanti li kull min ikun inkarigat minn dan il-proċess sabiħ għal Malta u anki għall-Kapitali, ikun midħla tal-Kultura nġenerali tat-tnejn li huma, ikollu mħabba sinċiera lejn dak kollu li hu Malti u Belti u iva, kompetenza professjonali fis-setturi Kulturali - setturi partikolarment sensittivi li għandhom ikunu l-ewwel fl-aġenda ta' kull pajjiż modern u ntelliġenti. Fuq kollox importanti li jħalli warajh kull rabta partiġġjana li taf ixxekklu.
F'Kultura ħajja u mhux partiġġjana, insibu l-identità tagħna u għaldaqstant insibu kull sens ta' direzzjoni. Awguri Sur Micallef. Awguri Valletta 2018.
Monday, 25 March 2013
Bloggers (mhux) alternattivi
Fost riċerka u xogħol akkademiċi u xi biċċa xogħol b'risq il-ħobżna ta' kuljum, mawra qasira fuq facebook ma tħallinix bi kwieti. Innutajt kif Carmel Cacopardo fl-aħħar jiem ikkritika b'mod kostruttiv il-ħatra ta' Franco Debono sabiex jieħu ħsieb il-konvenzjoni Kostituzzjonali. Saħansitra ftit minuti ilu ngħaqad miegħu James Debono tal-MaltaToday li filwaqt li għaraf il-merti ta' Franco Debono, saħaq, l-istess bħal Cacopardo, u l-Partit Nazzjonalista, li Debono huwa persunaġġ 'divisiv'. Tali raġunamenti jħalluni lampa stampa u b'geddumi mdendel fuq il-mejda!
Ma naffordjax nikteb fit-tul illum għax diġà erbgħa u għoxrin siegħa ma jservunix, aħseb u ara! Se ngħamel biss osservazzjoni ċkejkna madwar il-blog ta' Cacopardo u dak ta' James Debono. Bħal li kieku taqbad karozza u taqlibha rasha l-isfel u targumenta li l-karozza ma tistax timxi, l-istess l-argument tagħhom, f'għajnejja.
Ta' min niftakru li Franco Debono safa ntitolat "irrelevanti" mill-kap tal-PN u ġie miċħud kull ċans li jerġa jkun kandidat f'isem il-partit li fih kien jimmilita. Issa mill-argument ta' dawn ħadt l-impressjoni li minħabba li fil-PN hemm min ser jibqa' ostinat kontra kull ħaġa li toħroġ minn fomm Franco, kien ikun aħjar kieku l-Gvern għażel lil xi ħadd ieħor għal dan l-inkarigu.
Jekk, fi kliem James Debono stess, Franco huwa persuna ferm eliġibbli għal dan l-inkarigu għalfejn, huwa stess u Cacopardo jgħażlu li jċedu l-armi għall-ostinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista? Jaqaw jippreferu li f'pajjiż demokratiku u Ewropew, ngħatu każ dawn it-tattiċi ta' biżà u ma ninnominawx lill-aktar persuna xierqa għal kariga? Minflok, għalfejn ma jeħduhiex qatta bla ħabel kontra l-injoranza patetika li qed tirrenja f'Partit, jew aħjar, xi klikka minnu li ntenzjonalment tgħażel li tibqa' ostili quddiem l-enerġija u l-motivazzjoni ta' Franco!
Ma ngħamlux mod li jekk il-PN ma jibdiex jivvota favur l-emendi tajbin issuġġeriti minn Franco, ikun it-tort ta' Franco stess jew tal-Gvern li nnominah, hux hekk?

Saturday, 23 March 2013
Baqgħu reqdin
Sa mit-tieni nofs tas-sena 2011, inti li qed taqra dan l-artiklu probabbilment kont wieħed minn dawk li kkritikajt qatta bla ħabel lill-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono meta dan, b'responsabbiltà kbira ħareġ jikkritika fil-pubbliku dak li skont hu kien sejjer żmerċ taħt it-tinda l-blu. Illum, kif taf, Debono m'għadux membru fil-Parlament. Illum il-Partit li fih kien jimmilita Debono m'għadux fil-Gvern wara telfa elettorali ta' dimensjonijiet li jaf biss Rocco Siffredi.
Il-Ġimgħa, 22 ta' Marzu 2013; it-8:30 u Malta Today ippubblikat storja fejn l-eks Deputat Jean-Pierre Farrugia, b'mod tant assertiv, ħareġ jagħmel stqarrijiet simili għal dawk ta' Debono. Dan wara li anki d-Deputat Robert Arrigo għamel l-istess ftit ġranet wara l-elezzjoni. Farrugia jisħaq li ma jistax jassoċja ruħu mal-modus operandi tas-sistema preżenti tal-Partit.
– Ġieli smajt l-alarm iwerżaq filgħodu, bqajt titgħażżen, u x'ħin ġejt f'tiegħek irrealiżżajt li tlift dak l-avveniment li tant xtaqt tattendi għalih? Lili ġratli u għadha tiġrili spiss. F'tali mumenti tħossok personifikazzjoni glorifikata tal-inutilità. Kif jgħid il-Malti "min jorqod ma jaqbadx ħut". L-istess nistħajjel lil dawn il-kandidati li bħalissa qed joħorġu jferfru rixhom kontra l-Partit. –
Imma, ngħid jien, intom taħsbuna boloh? Fejn kontu xahar ilu? Iċapċpu taħt it-tinda jew fuq xi palk ma kull "...għal ġol-ħaaaajt!"? B'irresponsabilità kbira, mhux talli ma urejtux sapport lill-kollega tagħkom Debono meta dan, waħdu u fil-ħin opportun għall-poplu, ħareġ jistqarr il-verità, iżda saħansitra pparteċipajtu f'omertà sabiex dan l-istess grupp politiku li llum qed tikkritikaw, jibqa' fil-Gvern. Quddiem dan kollu l-poplu Malti wera li ma kienx rieqed; għażel triq ġdida u llum il-Partit tagħkom qed ifittex riġenerazzjoni mportanti. U hawn fejn bħal qisu waqa' it-trab minn għajnejnkom!
Issa meta "kulħadd huwa bravu", tajjeb infarfru miżien u naraw min tassew aġixxa fl-interess tal-poplu u min, minn naħa l-oħra, ħaseb biss li ma jħaqqaqhiex mal-Partit. Ħafna nterpretaw il-mod dirett u assertiv ta' Debono bħala reazzjoni goffa għal nuqqas ta' gwadann personali li rċieva. Quddiem l-istqarrijiet friski ta' Arrigo u Farrugia, dawn l-interpretazzjonijiet ġew ridimensjonati jekk mhux imgiddba. Illum ħareġ ċar min kienu dawk li sikktu, irrispettivament mill-bżonn tal-poplu li jkun jaf il-verità.
Fl-aħħar snin, ftit kienu dawk fost il-poplu li għarfu t-tempiżmu u d-dożaġġ fl-interventi ta' Debono, iżda llum ħafna qed jirrealiżżaw kemm kien aħjar 'titpastaż' għal ġid tal-poplu milli tiskot għall-ġid ta' Partit, jew, kif penġewh, it-tîm tal-futbol. Hekk kif tħabbar ir-riżultat tal-elezzjoni, bdew ifaqqsu ħafna Tumasijiet li rrealiżżaw il-validità ta' Debono meta raw b'għajnejhom x'qal il-poplu u x'qed jgħidu varji deputati u ex-deputati.
Lil dawn id-Deputati ma nistax nifhimhom. Baqgħu reqdin u filwaqt li l-Partit tagħhom laqqam lil Franco "irrelevanti" għall-Partit, huma nstemgħu jonħru. Baqgħu reqdin; injoraw lil min stqarr minn qabel, dak li issa, anki huma qed jammettu li kien fatt. U allura illum kif ser jiġu ġġudikati dawn il-predikaturi li stenbħu tard? - "irrelevanti" għall-Pajjiż?

Sunday, 3 March 2013
Rekord ta' Aljenazzjoni
Hawn min ser jivvota lil Partit Nazzjonalista għax fis-snin li għaddew il-Partit rebbħu borża ta' studju, irranġalu għal spazju ta' parkeġġ quddiem id-dar, għax xi ħabib ta' Ministru rranġalu biex isib xogħol jew għax jaħdem ma' struttura tradizzjonalment fidila lejn il-Partit. Iva hawn hu mifni bl-aljenazzjoni tant li lanqas jirrealiżża li x-xogħol jew l-istudju huwa dritt fundamentali u mhux pjaċir li xi ħadd jgħoġbu jirregalalek. Rekord!
Iva, hawn min jivvota lil Partit u mhux ieħor, għax sieħbu kandidat magħhom jew għax ma jiftakarx meta kien l-aħħar darba li ħa buzz daqs l-aħħar meeting li attenda. Hawn Laburisti u Nazzjonalisti li lanqas biss jafu għalfejn ser jivvutaw kif ser jivvutaw.
Xi ħadd talabni "nammetti" li jien Laburist għax nikkritika lill-Partit Nazzjonalista. Oħrajn, kemmxejn mifxula, jitolbu lil nies liberi, sabiex jiddeċiedu ma min "iżommu" għax innotaw li dawn jikkritikaw liż-żewġ imperi. Jeżistu Maltin tassew aljenati!
Bħal meta tiekol tlett platti mburġati minn xi lokal fl-Imġarr u tibda tistħajjel li minn xi toqba jew oħra ta' ġismek, xi ħaġa ser toħroġ f'ħin jew ieħor; l-istess Malta. Mifluġha b'aljenazzjoni li tħallik tittama fil-jum meta l-pajjiż, b'mod naturali, jkollu jpoġġi fuq loki biex inaddaf imsarnu. Dan dejjem jekk ma jilħaqx jirreġetta kollox fuq ħwejjġu, fi triqtu lejn il-loki.
L-aljenazzjoni rawwmitna f'verità mfassla apposta għalina. Verità mfassla sabiex tfassal lilna f'pellegrini fidili u konformi tal-istabbiliment. F'appostli għomja, jew kif jgħid Marju Vella, imtarrxa, ta' verità kosmetika li tipprogrammana skond pjan 'għoli'. F'nies li nippretendu li persuna trid bilfors tkun Laburista jew Nazzjonalista daqs kemm hi maskili jew femminili. Fejn jekk int Nazzjonalist temmen dak kollu li joħroġ minn fomm il-predikaturi blu u viċi versa, mingħajr ma tirrikorri għal fakultà intellettwali tiegħek. Fi kliem patri Mark Montebello:
Għal kuntrarju tal-Prim Ministru, qrajt il-programm elettorali tal-PL u anki taż-żewġ Partiti l-oħra. Nistqarr li għandi ammirazzjoni kbira għad-dettall maħsub li hemm fil-programm tal-PL speċjalment fuq l-aspetti dwar l-Arti u l-Kultura. Hemm bżonn kbir għal din il-bidla fl-oqsma msemmija. Huma oqsma li appuntu għandhom jkunu fundamentali għal trawwim artistiku li jgħinna nwelldu mistoqsijiet li jgħinuna nikbru kulturalment.
Fuq dan l-ispunt, nistqarr id-diżappunt tiegħi dwar l-artisti Maltin, speċjalment dawk stabbiliti, li ftit jew xejn jissugraw iċappsu wiċċhom mal-politika. Dan meta l-politika hija l-bażi tal-ħajja tal-bniedem. Ma niflaħx nisma u nara pseudo artisti Maltin li jibqgħu jinjoraw il-ħajja politika ta' pajjiżhom, pseudo artisti li jevitaw li jikkummentaw fuq livell politiku li ma jmurx 'jiċċapsu' jew jitilfu xi preferenza għal xi fondi finanzjarji imma jgħoxew jippuppaw sidirhom f'xi ftuħ ta' esibizzjoni jew f'xi kitba frivola. Huma tassew ftit dawk li ħarġu għonqhom f'kuntest politiku u lil dawn, insellmilhom b'ammirazzjoni. Fuq vena simili, ta' min insemmi anki l-kumment li ħalla Mario Vella fuq Facebook ftit tal-jiem ilu u nsostni l-punt tiegħu minn hawn:

"Ordni stabbilit ta’ madwarna; ordni li ħafna drabi jippreżenta ruħu bħala ‘normali’ jew ‘aċċettabbli’. Meta wieħed jgħarrex ftit aktar fil-fond, però, jintebaħ li hu ordni li jimponi ċerti regoli ta’ ħsieb u aġir. Dawn ir-regoli mhux dejjem jirrispettaw għal kollox il-persuni jew aħjar l-individwalità partikulari tagħhom."U hawn fejn jidħol ħelu ħelu kumment li darba rċevejt mingħand uffiċċjal tal-Gvern li kien qalli (mhux nikkwota eżattament minħabba li mhux insib il-korrispondenza): "Ma tistax tippretendi li ssib xogħol mal-Gvern jekk tikkritika lill-Gvern pubblikament!". Grazzi għal dak il-kumment iddeċidejt li b'libertà responsabbli, nitkellem favur dak li nqis tajjeb u nikkritika dak li nixtieq nara jitjieb. Li nixxennaq u nokrob għall-mewt kiefra tal-mentalità dualista li ħakkmet lill-pajjiżi. Li nkompli nirsisti favur strutturi li, minflok jitwerwru, jilħqu l-orgażmu meta jsibu kritika. Il-kritika; l-uniku mezz ta' żvilupp kemm -il darba jkun hemm widnejn tajbin sabiex jisimgħu, jixtarru u jinterpretaw.
Fadal biss ftit ġranet għal verdett politiku tal-2013 u grazzi għal ħanin Alla, inħaddan kburi l-fakultà li nuża moħħi. Le, ma nħossx li l-Partit Nazzjonalista ħallieli argumenti fuq xiex nikkunisdra li nivvutalu speċjalment meta jibqa' jikkategorizzani bħala blu jew aħmar. Biss id-dilemma bejn l-idea li jkollna t-tielet partit u l-idea li nappoġġja Partit Laburista li qiegħed jistinka serjament sabiex jinbidel, għadha preżenti.
Għal kuntrarju tal-Prim Ministru, qrajt il-programm elettorali tal-PL u anki taż-żewġ Partiti l-oħra. Nistqarr li għandi ammirazzjoni kbira għad-dettall maħsub li hemm fil-programm tal-PL speċjalment fuq l-aspetti dwar l-Arti u l-Kultura. Hemm bżonn kbir għal din il-bidla fl-oqsma msemmija. Huma oqsma li appuntu għandhom jkunu fundamentali għal trawwim artistiku li jgħinna nwelldu mistoqsijiet li jgħinuna nikbru kulturalment.
Fuq dan l-ispunt, nistqarr id-diżappunt tiegħi dwar l-artisti Maltin, speċjalment dawk stabbiliti, li ftit jew xejn jissugraw iċappsu wiċċhom mal-politika. Dan meta l-politika hija l-bażi tal-ħajja tal-bniedem. Ma niflaħx nisma u nara pseudo artisti Maltin li jibqgħu jinjoraw il-ħajja politika ta' pajjiżhom, pseudo artisti li jevitaw li jikkummentaw fuq livell politiku li ma jmurx 'jiċċapsu' jew jitilfu xi preferenza għal xi fondi finanzjarji imma jgħoxew jippuppaw sidirhom f'xi ftuħ ta' esibizzjoni jew f'xi kitba frivola. Huma tassew ftit dawk li ħarġu għonqhom f'kuntest politiku u lil dawn, insellmilhom b'ammirazzjoni. Fuq vena simili, ta' min insemmi anki l-kumment li ħalla Mario Vella fuq Facebook ftit tal-jiem ilu u nsostni l-punt tiegħu minn hawn:
Il-kodardja politika tax-xena artistika lokali: Attakk personali sfrenat ta DCG fuq KZT....u bhas-soltu kulhadd sieket. Ghax jekk tparla jittimbrawk. Ghax jekk tparla taqa' ghal livell baxx tal-antagonist tieghek. Id-dekor personali taghkom ma jiswiex centenzmu. Mank kollega pittur sabiex jirribatiha? Mank esponent tal-muziak klassika (li ghalija KZT indubbjament jirsisti hafna) ma jiftah halqu pubblikament fuq vilifikazzjonijiet simili?Hemm bżonn li l-artist Malti iqum isemma opinjoni, bajda jew sewda, taqta' kemm taqta'... inutli l-passività f'ambjent fejn is-soċjetà għandha bżonn ħsibijiet li jeċitawha u jqanqluha fil-profond. Mhux li kien nintebħu, illum qabel għada bil-bżonn li nwaqqgħu l-ħitan li jżommuna milli nkunu aħna. Ejjew nibnu kultura ġdida ta' parteċipazzjoni soċjali u mhux individwaliżmu li jifred. Ejjew nindunaw li aħna li ngħixu fl-arti u bl-arti rridu nkunu fuq quddiem li nitkellmu dwar dak li hu. Hu kif inħossu li hu. Ma jistħoqilniex nilbsu l-kpiepel tal-arti jekk ngħażlu l-irdoss tal-aljenazzjoni aħna wkoll. Hemm bżonn rekord ġdid.
Sunday, 10 February 2013
Ambaxxatur tal-Belt Valletta
Jogħġobni facebook. Nhar l-Erbgħa iltqajt ma' sett ritratti ta' Peter Andre fuq il-paġna facebook tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Kien jidher li rebaħ xi titlu iżda ma stajtx nifhem xiex. Għażilt li nikkummenta b'xi mistoqsija jew tnejn għax xtaqt niskopri aktar iżda sal-Ġimgħa, 8 ta' Frar, kont għadni mhux nifhem. Fittixt fuq l-Internet u kulma sibt, kien artiklu fuq Reveal.co.uk li ta ndikazzjoni li Andre kien ġie mogħti t-titlu "Ambaxxatur Kulturali tal-Belt Valletta" mill-Kunsill Lokali tal-Belt tiegħi.
Ħadt il-ħin tiegħi sabiex nirkupra mix-xokk u fil-17:00 ħsibt li naqsam ritratt tal-istess paġna fuq facebook filwaqt li staqsejt dwar il-kriterji ta' din l-għażla. Iva, jogħġobni facebook. F'temp ta' ftit siegħat, dan l-imbierek ritratt kien qed jiġri fuq il-profili ta' ħafna u jikkrea d-dibattitu, dejjem mistħoqq, dwar x'inhi kultura u kif u ma xiex għandu jiġi assoċċjat l-isem tal-Belt tant għażiża għalina l-Beltin u Maltin.
Nammetti li kont sorpriż bir-reazzjoni tal-poplu nġenerali għal din l-aħbar. Apprezzajt li mhux biss il-Beltin iżda kull min huwa viċin tal-Kultura, għaraf japprezza l-osservazzjoni tiegħi. Sieħbi Teodor Reljic, ġurnalist ma' MaltaToday, għaraf jindirizza l-mistoqsija billi ġabar informazzjoni diretta mingħand is-Sindku f'artiklu nteressanti. Aktar kmieni lbieraħ l-istess Reljic ħarbex silta t'opinjoni personali dwar l-istess punt. Ramona Depares, mara kkulturata daqs mija, ukoll kitbet dwar dan kollu fuq il-blog tagħha ta' Times of Malta. Sieħbi l-'Boat' ħa wkoll l-inizzjattiva li jiġbor petizzjoni sabiex dan it-titlu jiġi rtirat.
Imma għalfejn il-poplu ħadha tant bi kbira? Varji l-interpretazzjonijiet li ħarġu. Min jgħid li aħna laqa tal-barrani u min jgħid li jekk dawn huma l-assoċċjazzjonijiet li nafu ngħamlu mal-Kultura, allura missejna l-qiegħ. L-inkwiet tieghi huma iktar profondi.
Wisq nibża li sforz in-nuqqas ta' investiment f'kultura għolja, dan il-pajjiż jinsab maħkum f'orgażmu dwar dak kollu li huwa kummerċjali. Sirna nsarrfu kollox f'numri u niġġustifikaw kollox b'numri. Kwotat minn MaltaToday, is-Sindku qal li permezz ta' dan it-titlu lill-Andre, "Valletta will feature prominently in his show on iTV which has an average viewership of 1.7 million viewers and a peak viewership of 1.9 million viewers. An additional 300,000 viewers watch reruns of his show."
B'ħafna sarkażmu ikkummentajt li meta tikkunsidra l-istudji tal-2001 fejn il-flus ġġenerati mill-pornografija kienu jammuntaw għal madwar $2.6 u $3.9 biljun. (Ackman, Dan (2001-05-25). "How Big Is Porn?". Forbes.com.) wasalna fi stat li nikkunsidraw anki xi stilla f'dan il-qasam bħala ambaxxatur tagħna.
Illejla, sħabi, is-sindku Alexiei Dingli u 'il-Boat' kienu mistednin sabiex jiddiskutu dan il-punt fuq TVHemm. B'xi mod il-ħin intilef u lanqas kellhom ċans jitkellmu u d-diskussjoni sfat posposta biss qabel ma l-mistiedna fetħu ħalqhom, intalbet l-opinjoni ta' Peppi Azzopardi. Bla ebda sorpriża smajna lil Peppi jitkellem dwar kif ma jifhimx li hawn min qed jgħaġġibha tant, meta tikkunsidra li Peter Andre ser jgħamel riklam lill-Belt Valletta għax "...waqt il-Malta Music Awards rajnieh bil-crew tiegħu jiġru warajh". Dan l-argument imur id f'id mal-kumment tas-Sindku, meħud minn artiklu fuq timesofmalta.com "The title can be misleading perhaps. He does not represent the culture of Valletta, we’re just seeing it from a promotion point of view."
Filwaqt li nittama li m'aħniex ser nieħdu lezzjonijiet dwar Kultura (k kapitali ntenzjonata) minn fuq TVHemm, nistqarr il-konvinzjoni tiegħi li Peter Andre qatt ma kkontribwixxa għal kultura dinjija. M'għandux kredenzjali kulturali validi. Għandu biss kredenzjali kummerċjali limitati sforz is-suċċess li kiseb fl-1996 b'kanzunetta li laħqet it-tieni post tal-klassifika Ingliża u varji stejjer ta' gossip ma' Katie Price. Ikun tajjeb jekk qabel xi ħadd jitkellem dwar kultura u suċċess, jispjega x'jifhem biż-żewġ kelmiet!
Nirrepeti li il-kwistjoni madwar Peter Andre ma hix wisq in-nuqqas ta' komunikazzjoni minn naħa tal-Kunsill f'din id-deċiżjoni – għalkemm iva, anki dik hija xi ħaġa nkwetanti. Huwa argument fejn bħala ċittadin Malti u fuq kollox, bħala artist Belti, nistaqsi u niċħad l-eliġibiltà ta' Andre għal dan it-titlu relatat mal-Belt tant għażiża għalina.
Andre kellu jkun mistieden iħalli l-impronta ta' idejh fil-Bay Street Walk of Fame jew xi titlu relatat mal-aspetti kummerċjali f'pajjiżna iżda mhux Ambaxxatur tal-Belt Kapitali. Għal kuntrarju tal-istqarrija tas-Sindku li dwar min jista' jkun eliġibbli għal dan it-titlu qal: "“It can be given to someone of certain fame, be fond of Valletta and is willing to help in the promotion of our city abroad", nemmen li hemm bżonn li dan it-titlu jingħata lil min jissodisfa ċerti kredenzjali kulturali u artistiċi u min għall-istess kredenzjali stinka fuq ambitu nternazzjonali u li għal dan huwa rikonoxxut.
Żgur li l-mibki Lucio Dalla kien ikun ambaxxatur denju; xempju brillanti għal titlu tant prestiġġjuż.

Sunday, 27 January 2013
Konverżjoni f'Jum in-Nawfraġju
Kemm rifsu nies fuq dawn il-Gżejjer? Kemm mexxejja terrqu fostna? Kemm? Politiċi, reliġjużi, artisti. Semmihom. F'xi mument ilkoll ġew iduqu ż-żîna ta' din l-Art.
Filwaqt li b'emozzjoni nirrepeti n-noti ħelwin għasel tal-Innu lil San Pawl Nawfragu, miktub minn Dun Frans Camilleri lura fl-1945, ma nistax ma nerġax inġedded l-idea f'moħħi ta' dan il-persunaġġ storiku li frott esperjenza ta' konverżjoni, kien ispirat jinbidel u kien ta' ispirazzjoni għal ħafna sabiex jinbidlu.
Niftakar f'Sawlu, qaddej fidil tal-Imperu Ruman li għadda minn esperjenza qawwija li biddlitlu ħajtu. Esperjenza li kontra kull mistenni ġegħlitu jitlef il-kontroll taż-żiemel, jaqa' minn fuqu u saħansitra jitlef id-dawl t'għajnejh.
Esperjenza li anki jekk mhux deskritta b'mod tekniku, iżda deskritta fuq stil metaforiku, letterarju u artistiku, twasslilna messaġġ ċar:
Sawlu mibdul quddiem għarfien ta' verità ma ddejjaqx imur kontra l-kurrent kulturali tiegħu u jindirizza ħajtu lejn missjoni eżawrenti - bl-iskop li jinstiga konverżjoni universali. Konverżjoni li ma tarafx konfini, razez, sessi jew ġnus. Konverżjoni li lanqas quddiem il-mewt ma tibża' titbaqbaq. Konverżjoni epokali li ħasdet imperi politiċi iżda anki popli kemmxejn innokwi fuq gżejjer f'nofs l-ibħra. Konverżjoni rrakkuntata fi vjaġġ, mitmum b'nawfraġju kiefer li farrak bastiment sabiex jinbeda vjaġġ li jtul sa żminijietna fuq art f'nofs il-Mediterran.
Illum, filwaqt li nitpaxxa bir-riħa tal-Festa Pawlina fi Triq San Pawl, fl-uċuh kuluriti ta' sħabi ħabrieka Pawlini, fit-togħma ħelwa tal-qubbajt, fix-xita ta' karti tan-niżla tal-Mażri, fil-mota ferrieħa u mexxejja tal-qniepen tal-Kolleġġjata, niftakar f'Pawlu, fih u fija, u għat-tlieta u tletin darba f'ħajti, f'daż-żmien tas-sena, nitolbu jispira fija konverżjoni. Konverżjoni li ma tbeżżgħanix minn qilla ta' mewġ qalil imma li tkissirli l-bastiment u twassalni fi xtajtiet, li għalkemm ma ngħarafx, jilqgħuni.
Għax kburi li jien Malti. Għax kburi li jien Pawlin. Viva l-Għaxqa ta' Malta!

Thursday, 10 January 2013
L-ewwel anniversarju "Mela jien il-pappagall tiegħek?"
Sal-bidu tas-sena 2012, l-ewwel appuntament li kont nistenna bi ħġari ma' l-avvent ta' sena ġdida kienet tkun il-ġurnata tat-28 ta' Jannar, jum twelidi, biss, bħall-llum sena, dan kollu nbidel. Ili ftit jiem issa nistenna dan il-jum tal-10 ta' Jannar sabiex "niċċelebra" l-ewwel anniversarju tal-edizzjoni memorabbli tal-programm Bondi+ flimkien mal-mistieden, id-Deputat Franco Debono.
Kienet serata li ħafna segwew b'interess, mhux biss għax id-Deputat 'ribelli' kellu ċans ieħor sabiex iwassal ħsibijietu iżda wkoll għax b'mod tassew mhux mistenni l-programm ġie estiż b'numru ta' minuti.
Iżda illum, wara sena, x'fadal minn dik is-serata? Personalment l-iktar fatt importanti, ma hux l-element ta' rebħa argumentattiva li ħafna kienu attribwixxew lid-Deputat fil-konfront tal-preżentatur. Lanqas il-mod kif l-iskeda ta' TVM akkomodat dan il-programm. F'moħħi jibqgħu mpressi żewġ frażijiet, illum ċelebri, li ħarġu bl-aktar mod spontanju imma profond minn fomm Franco Debono. Huma frażijiet li llum nirrikonoxxi kemm jidentifikaw il-personalità tiegħu.
Illum li kelli x-xorti niltaqa' u nitħadded ma' Franco Debono, nilmah fih personalità li ma taċċettax li tkun pappagall ta' xi ideoloġija staġnata, Personalità li b'ħafna ħeġġa u emozzjoni, tinsa lilha nfisha u titbaqbaq favur id-drittijiet bażiċi u fundamentali tal-bniedem f'kull aspett tal-ħajja. Illum napprezza li dak li rajt u smajt fil-kaxxa ta' John Logie Baird fl-10 ta' Jannar 2012 kiber f'realtà, tassew relevanti, bħal għeruq li jfittxu li jrawwmu l-identità; l-identità tal-poplu Malti fi ħsieb liberu.
Minħabba li l-verżjoni sħiħa tal-programm imsemmi, ma tinstabx fuq l-internet, hawn hu r-rapport ta' ONE News dwar l-imsemmi programm.
Ikolli ngħid, mument li b'mod permanenti, ċaqlaq il-pedamenti tal-midja, il-politika u l-ħsieb tal-poplu Malti.

Subscribe to:
Posts (Atom)