Fost riċerka u xogħol akkademiċi u xi biċċa xogħol b'risq il-ħobżna ta' kuljum, mawra qasira fuq facebook ma tħallinix bi kwieti. Innutajt kif Carmel Cacopardo fl-aħħar jiem ikkritika b'mod kostruttiv il-ħatra ta' Franco Debono sabiex jieħu ħsieb il-konvenzjoni Kostituzzjonali. Saħansitra ftit minuti ilu ngħaqad miegħu James Debono tal-MaltaToday li filwaqt li għaraf il-merti ta' Franco Debono, saħaq, l-istess bħal Cacopardo, u l-Partit Nazzjonalista, li Debono huwa persunaġġ 'divisiv'. Tali raġunamenti jħalluni lampa stampa u b'geddumi mdendel fuq il-mejda!
Ma naffordjax nikteb fit-tul illum għax diġà erbgħa u għoxrin siegħa ma jservunix, aħseb u ara! Se ngħamel biss osservazzjoni ċkejkna madwar il-blog ta' Cacopardo u dak ta' James Debono. Bħal li kieku taqbad karozza u taqlibha rasha l-isfel u targumenta li l-karozza ma tistax timxi, l-istess l-argument tagħhom, f'għajnejja.
Ta' min niftakru li Franco Debono safa ntitolat "irrelevanti" mill-kap tal-PN u ġie miċħud kull ċans li jerġa jkun kandidat f'isem il-partit li fih kien jimmilita. Issa mill-argument ta' dawn ħadt l-impressjoni li minħabba li fil-PN hemm min ser jibqa' ostinat kontra kull ħaġa li toħroġ minn fomm Franco, kien ikun aħjar kieku l-Gvern għażel lil xi ħadd ieħor għal dan l-inkarigu.
Jekk, fi kliem James Debono stess, Franco huwa persuna ferm eliġibbli għal
dan l-inkarigu għalfejn, huwa stess u Cacopardo jgħażlu li jċedu l-armi għall-ostinazzjoni tal-Partit Nazzjonalista? Jaqaw jippreferu li f'pajjiż demokratiku u Ewropew, ngħatu każ dawn it-tattiċi ta' biżà u ma ninnominawx lill-aktar persuna xierqa għal kariga? Minflok, għalfejn ma jeħduhiex qatta bla ħabel kontra l-injoranza patetika li qed tirrenja f'Partit, jew aħjar, xi klikka minnu li ntenzjonalment tgħażel li tibqa' ostili quddiem l-enerġija u l-motivazzjoni ta' Franco!
Ma ngħamlux mod li jekk il-PN ma jibdiex jivvota favur l-emendi tajbin issuġġeriti minn Franco, ikun it-tort ta' Franco stess jew tal-Gvern li nnominah, hux hekk?
Titkellem tant kontra politika 'partiggjana', u ma tirrealizzax li din hatra purament 'partiggjana'? X'merti Kostituzzjonali ghandu Franco Debono? Hawn tant esperti kostituzzjonali irrispettati minn kulhadd, li mhumiex divizivi. Tkellem tant fuq meritokrazija Joseph u l-istess Franco! X'inhuma l-merti li jikkwalifikaw lil Franco, li safejn naf jien huwa avukat kriminali, bhala koordinatur ta' konvenzjoni Kostituzzjonali? Purament 'payback' partiggjan, li cert li kien maqbul minn qabel. Bhal ta' JPO. Bhal ta' Ramona Frendo. U bhal ta' hafna ohra li ha nkomplu naraw.
ReplyDeleteInnota wkoll li l-PN ma kritikax ir-rwol ta' Kumissarju ghal-Ligijiet. Rwol simili kien inghata lil Franco anke' mill-PN fl-ahhar legislatura, u thalla jahdem fih. Imma r-rwol ta' Kordinatur tal-Konvenzjoni fuq il-Kostituzzjoni, nerga nghid, huwa purament partiggjan. U nahseb int intelligenti bizzejjed biex dan tarah.
Partisanism is in the eye of the beholder. And it's not beautiful Pawlu.
ReplyDeleteHekk hu ħabib!
ReplyDelete