Wednesday, 17 July 2013

Viva Malta

Kif rajna dan l-aħħar f'għadd ta' gazzetti, il-Prim Ministru Joseph Muscat wasal jikkunsidra li juża kull mezz sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward l-effetti tal-immigrazzjoni llegali mill-Afrika ta' fuq, lejn Malta. Nemmen li kontra l-prinċipji umani tiegħu, wasal jikkunsidra, jew iħalli lok ta' konsiderazzjoni tal-ormaj famuża "push back policy".


Kif stqarrejt pubblikament fuq Facebook u anki permezz tal-firma tal-petizzjoni li għamilna numru ta' prattikanti tal-arti u d-disinn f'Malta, ma naqbel bl-ebda mod li dawn in-nies jintbgħatu lura mingħajr ċans li japplikaw għad-dritt tar-refuġju. Il-push back ma hija xejn ħlief biżà indefinita u nkontrollabbli li ssikket lill-qalb milli tagħraf issostni lill-bnedmin ħutna f'mument ta' kriżi. Huwa ironiku kif meta ssir xi ġabra mill-kaxxa maġika tat-televiżjoni, ninfexxu nitħassru lil nies varji u neżaltaw ruħna f'offerti ta' flus eżorbitanti. Imma ara jersqu lejn ix-xtut imqaddsa tagħna għax niklulhom wiċċhom bit-tgħajjir!

Sfortunatament kien hemm artisti li baqgħu lura milli jingħaqdu mal-bqija kontra din l-possibiltà. Wara li qrajt dak li stqarr Kenneth Zammit Tabona fuq il-Facebook tiegħu jidher li l-valutazzjonijiet tal-petizzjoni setgħu ma kienux mixtarra sew. Zammit Tabona kiteb: "I never wrote that I advocate push backs but that I resent people acting as if they had happened; especially because when they did happen nobody badgered me for my signature on any petition as what happened now. I find it farcical that I am protesting about something which is old hat because once the Court of Human Rights has vetoed it the PM complied immediately."

Huwa minnu li f'dan il-każ, il-push backs ma seħħewx - biss ir-rikatt sar u sar bil-qawwa. Iva kien rikatt indirizzat lejn l-Unjoni Ewropea (dik l-istess Unjoni li ħafna tant tqabdu għaliha fl-2004), imma rikatt li uża lil dawn il-persuni f'mumenti ta' kriżi. U dan ma naqblux miegħu ukoll. Filfatt il-petizzjoni kienet tindirizza mhux biss il-push backs iżda wkoll kull kunsiderazzjoni tagħhom, tiġi meta tiġi: "We join in expressing our firm disapproval of considering similar policies that would place the migrants’ life at risk."

Lura fl-2002 meta saru l-famużi push backs lejn l-Eritrea, jien kelli tnejn u għoxrin sena u kont impenjat fuq livell soċjali iktar lokali u personaliżżat. L-inqas idea dwar iċ-ċrieki artistiċi, l-immigrazzjoni u l-petizzjonijiet. Biss, illum, nemmen li żball antik ma għandux jikkundannani biex nagħmel ieħor, u appuntu għalhekk, orġaniżżajt il-petizzjoni. Il-push backs fihom infushom huma ġesti kodardi, ġejjin minn fejn ġejjin u jsiru meta jsiru. Minflok nistaqsu għalfejn fl-2002 ħadd ma kellu l-bajd sabiex jgħamel ftit oppożizzjoni, ingergru għax illum saret! Ma nafx! Nitfixkel!

U għal dawk kollha li talbu lil kull min iffirma xi petizzjoni sabiex iżomm f'daru xi immigrant jew tnejn, tajjeb li jkunu jafu li l-argument tal-petizzjonijiet ma huwiex li Malta ssir xi tip ta' lukanda fil-Mediterran iżda li Malta, li hija dari, tkun il-post ta' refuġju u komfort, temporanju, għal ħutna f'mument ta' disperazzjoni. Konvint li l-awtoritajiet, bis-sistemi llum esperti tagħhom, jafu jgħarfu l-każijiet ġenwini minn dawk inqas ġenwini, u jieħdu proċeduri skond il-kuntest.

Le - Malta ma tistax titlef il-valur tal-imħabba li dejjem sawwarha. Il-push backs, jew, nerġa ngħid, kull kunsiderazzjoni tagħhom, hija kważi kważi att kriminali. Huwa importanti li kulħadd jifhem li ħadd ma hu kontra li l-Unjoni Ewropea tikkollabora f'din is-sitwazzjoni, biss hemm mod u mod kif tasal għal dak il-proċess. Ta' min ninnutaw kif, per eżempju, il-problema tal-immigrazzjoni ingħatat iktar attenzjoni mill-media internazzjonali permezz tar-ritratt, kapulavur artistiku ta' Darrin Zammit Lupi milli bl-idea tal-push back policy li ażżardajna nikkunsidraw! Reuters, Telegraph, New York Times u BBC fost oħrajn, kienu minn ta' quddiem li tkellmu madwar dan ir-ritratt. Il-qawwa tal-arti li bħal fil-każ tal-Guernica, tikxef l-inġustizzja, bla ma taqa' fil-baxx!

J'Alla nikbru ma ndumux!

3 comments:

  1. Pawl, ix-xemx hamra nar niezla fuq l-orizzont lil hinn minn Ghajn Tuffieha, u hawn il-hoss tal-mewg kajman. Qed naqra din u ma nistax ma nhossniex tajjeb. Prosit!

    ReplyDelete
  2. Grazzi Jean Paul. Kompli gawdi s-serata titħabbeb man-natura!

    ReplyDelete
  3. Kull min qed jaqra din ix-xhieda llum għandu jiċċelebra miegħi u l-familja tiegħi għax kollha bdew bħala ċajta għal xi nies u oħrajn qalu li kien impossibbli. Jisimni Ruben lucas u jien minn malta, imma niċċaqlaq f 'Chicago US ma' marti. Jiena miżżewweġ ferħan ma 'żewġt itfal u mara sabiħa. Ġara xi ħaġa ħażina mal-familja tiegħi, tilef ix-xogħol tiegħi u martu telqu mid-dar tiegħi minħabba li ma nistax nieħu ħsieb tajjeb ta 'lili nnifsi u l-bżonnijiet tal-familja. minnha u t-tfal tiegħi f'dak il-mument partikolari. Jien irnexxieli għal disa 'snin, l-ebda mara ma tappoġġini biex nieħu ħsieb it-tfal. nipprova nibgħat messaġġ tat-test lil marti imma hija timblokka lili milli titkellem miegħu nipprova nitkellem ma 'ħabibha u mal-membri tal-familja tagħha imma xorta naf wieħed jista' jgħinni u jien kont qed nissottometti applikazzjoni aktar tard lil ħafna kumpaniji imma xorta huma għamlu M'għandekx ċempilli, sakemm ġiet ġurnata leali li qatt ma ninsa f'ħajti. Meta ltqajt ma 'ħabib antik ta' mini spjegajt id-diffikultajiet kollha tiegħi u hu qalli dwar raġel kbir li jgħin lilu jsib xogħol tajjeb fil- kumpanija tal-koka kola u qalli li l-ortografija tiegħu imma jien persuna li qatt ma temmen fil-kastell ta 'l-ortografiċi imma iddeċidejt li jipprova hu u ismu huwa Drosagiede huwa ta struzzjonijiet u wera lili x'għandek tagħmel f'dawn it-tlett ijiem minn Ikla l-ikla l-ikla ta 'nofsinhar. Insegwi l-istruzzjonijiet kollha u nagħmel dak li talabni biex nagħmel tajjeb. hu jaċċerta ruħu li kollox mar tajjeb u marti jerġgħu narawni wara xogħol sabiħ ta 'Drosagiede. Marti ċempelni b'numru mhux magħruf u skużatha u qaltli li hi tassew taqbeżni u t-tfal tagħna u martu jirritornaw lejn l-Intern. U wara jumejn Kumpanija li jien kont qed tissottometti l-ittra ta ’apprezzament tiegħi msejħa, issa jien il-maniġer ta’ Paragon kumpanija hawn fl-Istati Uniti. Nagħtik parir jekk għandek xi problemi jew inkella n-negozju tiegħek falla ibgħat messaġġ lil din l-email: doctorosagide75@gmail.com u int se tingħata l-aħjar riżultat. Ħu l-affarijiet għall mogħtija u se tittieħed mingħandek. Nixtieqlek l-aqwa.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn