Wednesday 29 May 2013

Il-fjamma tħeġġeġ

Forsi ftit għajjien jew forsi qed noħlom diġà. Aktar kmieni lbieraħ rajt lil xi nies jitħaddtu madwar l-artiklu "The Eternal Flame will die daily" li ppublika sieħbi Mark Anthony Sammut, għall-ħabta tal-16:30. Ma stajtx nifhem eżatt dwar xiex kien l-argument għax il-kliem eternal flame instemgħu ġodda fil-kuntest kontemporanju tad-dibattiti politiċi... tħawwadt aktar meta fuq Facebook tfaċċa kontribut ironiku ta' Der Heckler li fakkarna fil-kanzunetta li ġġib l-istess isem.

Għadda l-ħin u filwaqt li suppost qed nikteb xi waħda mill-kitbiet li għandi nlesti fil-kors Universitarju, għażilt li naqra l-artiklu ta' Mark u nipprova nifhem. Fhimt... iżda ma fhimtx. Ħalli nispjega ruħi.

Iva s-simbolu tal-fjamma li ssellem lil dawk li waqgħu fil-gwerra huwa simbolu qawwi. Napprezza s-sentimenti li esprima Mark imma nfakkru li kif indika Charles Muscat stess, f'dokument li għalih hu stess irrefera, din hija biss fjamma ornamentali. Nemmen li s-simboloġija ta' monument erett fil-pubbliku hija sovrana u mittiefsa rrispettivament minn kull żieda dekorattiva u/jew ċerimonjali. Jidher, minn kliem Muscat stess li "minn risposta tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi għal mistoqsija parlamentari li għamel id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Gvern iddeċieda li din il-fjamma tibda tinxtegħel biss bejn is-6pm u s-6am f'dik li jidher li hi miżura oħra ta' cost-cutting mill-Gvern Laburista".

L-għaġeb tiegħi għal dan il-kummentarju ta' Mark ma hux wisq dwar dan il-punt li qajjem iżda dwar il-konsistenza tal-Partit tiegħu f'dawn it-tip ta' argumenti. Filwaqt li llum tfaċċat karba għal rispett lejn il-prassi li jfakkru lil dawk fost missirijietna li taw ħajjithom għalina, sa ftit tax-xhur u snin ilu rrenja nonchalance liema bħalu. Lura fl-2009 il-Ministru tar-Riżorsi, George Pullicino kien, neħħa l-monument tas-Sette Giugno minn quddiem il-Parlament, possibilment kontra l-permessi mifthema mal-MEPA, bl-iskuża li dan kien ser jerġa jiġi nkluż fid-disinji tal-proġett ta' Piano. Għal erba' snin dan il-monument, u l-filosofija ta' ribelljoni li jirrappreżenta, spiċċaw imwarrba minn quddiem għajnejn il-massa, u sat-8 ta' Marzu 2013, l-ebda Ministru mill-Partit Nazzjonalista ma refa' ir-responsabbiltà sabiex dan il-Monument jibqà fiċ-ċentru tal-memorja ta' dan il-Pajjiż. Ovvjament ma nimmaġina l-ebda fidil tal-Partit, ironikament Nazzjonalista, li ser jipprova jfakkar mument fejn il-poplu qam sovran u sfida lill-awtorità!

Imma forsi l-vittmi tas-Sette Giugno ma ħaqqhomx rispett ukoll. Minjaf. Forsi l-bżonn li niftakru li għandna l-poter inqumu kontra l-abbuż ma ħaqqux ġieh. Fl-ittra tagħna ta' Ottubru 2009, jiena u sieħbi Derek Fenech konna staqsejna iżda bqajna mingħajr risposti! F'pajjiżi ċivilizzati l-qawma tal-poplu hija l-pedamenti tad-demokrazija. F'Malta xi nies taw kontribut sabiex jaljenaw l-memorja tagħna iżda llum qed igergru għax fjamma quddiem monument predominanti fl-intrata tal-Kapitali, ser tinżamm mixgħula tul is-siegħat mudlama biss. Iva nibqa' nitħawwad u ma nifhimx!

F'dan il-pajjiż, Partit li għadu kif ġie mgħoti l-forka mill-poplu sforz l-apatija li kellu, jażżarda jkun kritiku ta' atti li tagħhom, huwa stess kien protagonista sa ftit xhur ilu! Jiena, ningħaqad mal-bojja u ntenni tislima sħiħa lil Manwel Attard, Wenzu Dyer, Karmnu Abela, Guzeppi Bajada u vittmi oħra li ħabbew lill-Maltin, bit-tama li l-fjamma li tħeġġeġ fl-arti li ħallielna Anton Agius u artisti oħra, tibqa' tixgħel fil-qlub u tħeġġeġ rivoluzzjoni eżistenzjali.

3 comments:

  1. Prosit Pawlu. L-ewwel haga tal-inizjattivi u tal-kummenti bilancjati li tpoggi f'dan il-blog. Naqbel mieghek perfettament u naqbel li l-gvern ghandu jiehu kull tip ta passi possibbli biex Malta ma tigix fil-pozizzjoni ta' Cipru.

    ReplyDelete
  2. Kull min qed jaqra din ix-xhieda llum għandu jiċċelebra miegħi u l-familja tiegħi għax kollha bdew bħala ċajta għal xi nies u oħrajn qalu li kien impossibbli. Jisimni Ruben lucas u jien minn malta, imma niċċaqlaq f 'Chicago US ma' marti. Jiena miżżewweġ ferħan ma 'żewġt itfal u mara sabiħa. Ġara xi ħaġa ħażina mal-familja tiegħi, tilef ix-xogħol tiegħi u martu telqu mid-dar tiegħi minħabba li ma nistax nieħu ħsieb tajjeb ta 'lili nnifsi u l-bżonnijiet tal-familja. minnha u t-tfal tiegħi f'dak il-mument partikolari. Jien irnexxieli għal disa 'snin, l-ebda mara ma tappoġġini biex nieħu ħsieb it-tfal. nipprova nibgħat messaġġ tat-test lil marti imma hija timblokka lili milli titkellem miegħu nipprova nitkellem ma 'ħabibha u mal-membri tal-familja tagħha imma xorta naf wieħed jista' jgħinni u jien kont qed nissottometti applikazzjoni aktar tard lil ħafna kumpaniji imma xorta huma għamlu M'għandekx ċempilli, sakemm ġiet ġurnata leali li qatt ma ninsa f'ħajti. Meta ltqajt ma 'ħabib antik ta' mini spjegajt id-diffikultajiet kollha tiegħi u hu qalli dwar raġel kbir li jgħin lilu jsib xogħol tajjeb fil- kumpanija tal-koka kola u qalli li l-ortografija tiegħu imma jien persuna li qatt ma temmen fil-kastell ta 'l-ortografiċi imma iddeċidejt li jipprova hu u ismu huwa Drosagiede huwa ta struzzjonijiet u wera lili x'għandek tagħmel f'dawn it-tlett ijiem minn Ikla l-ikla l-ikla ta 'nofsinhar. Insegwi l-istruzzjonijiet kollha u nagħmel dak li talabni biex nagħmel tajjeb. hu jaċċerta ruħu li kollox mar tajjeb u marti jerġgħu narawni wara xogħol sabiħ ta 'Drosagiede. Marti ċempelni b'numru mhux magħruf u skużatha u qaltli li hi tassew taqbeżni u t-tfal tagħna u martu jirritornaw lejn l-Intern. U wara jumejn Kumpanija li jien kont qed tissottometti l-ittra ta ’apprezzament tiegħi msejħa, issa jien il-maniġer ta’ Paragon kumpanija hawn fl-Istati Uniti. Nagħtik parir jekk għandek xi problemi jew inkella n-negozju tiegħek falla ibgħat messaġġ lil din l-email: doctorosagide75@gmail.com u int se tingħata l-aħjar riżultat. Ħu l-affarijiet għall mogħtija u se tittieħed mingħandek. Nixtieqlek l-aqwa.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn