Għax x'jinteressah il-bniedem minn bniedem ieħor meta dinjietu hija biżżejjed miżgħuda stejjer u rakkonti.
Hawn biss dlam...
Fost tbissim irreċtat bla ħadd jissuspetta l-bikja wiesgħa taħtu, kulħadd kuntent, kulħadd ferħan.
Fost rutina marida li tistħajjilha bħal kankru kiefer, tirkeb fuq fjur kull uman, u tnaqqru bla ma jinduna.
Fost ideat sfurzati, konsum ta' flus.
Fuq drone ninnota s-sajf miġnun, mgħobbi kondoms użati u nisa attrajenti, nofshom diġà tqal. Minjaf x'inhu l-aħjar?
Kantanta tistona, tfajla tinża, tmiss lilha nfisha, u jien inpenġi jew nikteb il-ħolma fis-siegħa u għoxrin ta' filgħodu. Infittex sens, jew ġenn. Infittex xi ħaġa ċara.
Huwa id-dlam li jghati l-hajja. Dak li kien mohmi bil-lejl, il-jum jurih fil-berah, fix-xemx li tghammex u li tiddistortja l-vizjoni fil-kaos tal-gurnata.
ReplyDeleteId-dlam ma jigdibx - iwarrab kull idea imposta u dak kollu li mhemmx bzonn. Id-dlam huwa il-kwiet u l-halfa fejn il-verita turi suritha minghajr bzonn ta l-ebda interpretazzjoni.. Id-dlam hu sabih u l-ghozza tar-ruh. Fid-dlam il-genn jinbidel f'sens ta gratidudni u paci f'qalbek u f'dak kollu li jghamlek int. Id-dlam huwa l-estazi profonda tar-ruh fejn titwarrab kull illuzjoni u parodija, u hekk tibda tara id-dawl genwin fid-dlam.