Saturday, 21 November 2015

Qatt

Qatt ħadd kitiblek ittra ta' mħabba, poeżija?
Forsi għadek ma rċevejtiex. Qatt sibt ruħek quddiem dak li r-ruħ ma tafx tispjega u li ġie tradott għall-qalb u miktub mill-moħħ f'mument sagru, bi kliem sempliċi, probabilment medjokri?

Qatt qbadt waħda minn dawk l-ittri, forsi waħda minn dawk li llum sfaru u ħallejtha tkellem lil ruħek? Qatt missejt mal-eternità f'dak il-ġest? Qatt twaħħadt magħha, imqar għal sekonda jew tnejn? Qatt għoddejt ismek u qabbiltu mat-taħbit tal-qalb li xtaqet tkun tiegħek; għal dejjem miegħek? Qatt ħarist lejn il-wisa' u t-tul ta' dik il-karta musfara u qbiżt fil-fond ta' bejniethom bħal f'baħar blu u frisk li jitħabbeb ma' ġismek lixx u skur? Qatt iġġilidt ma' dik il-linka sabiex ma tħallihiex tisraqlek nifsek? Qatt aċċettajt it-telfa?

Qatt ħadd kitiblek ittra ta' mħabba?

Qatt għoddejt id-dbabar tad-dmugħ li nixfu fuqha?

3 comments:

  1. RiflessjonI sabiha hafna Pawlu..... Jien qed nikteb wahda twila li mhux ser tispicca qatt.....

    ReplyDelete
  2. RiflessjonI sabiha hafna Pawlu..... Jien qed nikteb wahda twila li mhux ser tispicca qatt.....

    ReplyDelete
  3. Grazzi Bernardette. Anki llum wara 4 ijiem li rajt dir-risposta, ma nafx kif naqbad nirrispondi.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn