Sunday, 29 October 2017

Ċaw teżor! - Tislima lil Sabrina Carabott

L-isbaħ ġuvni tal-univers, jew aħjar, San Lawrenz, dalgħodu qaleb is-siegħa u stenbaħ bik ħdejh Sab! Forsi bħali ma stennikx daqshekk malajr, imma l-ġlieda li ġġilidt, ta' mara kuraġġuża li dejjem kont, kienet iebsa u kiefra.

Ħallejtek ilbieraħt lura bi ftit kliem. Kellek kull intenzjoni li titbissimli għalkemm lanqas dik ma baqgħet xi ħaġa faċli. Sejjaħtli hekk kif dħalt ħdejk u fil-ftit ħin li qattajt ħdejk ħassejtek kalma, f'ċertu paċi - minn dik li kull gwerrier ikollu anki jekk iħoss li t-taqbida ser tirbaħlu.

Meta fl-1998 dħalna nistudjaw fiċ-Ċentru tal-Arti u d-Disinn Emvin Cremona, fil-Belt Valletta kont insib gost fil-mod xejn raffinat kif kont tirrelata. Risposta lesta għal kull inkejja, tbissima u daħka għal kull mument sabiħ u kelmtejn ċari u tondi għal kull kedda. Wara sena kont iddeċidejt li tieqaf għax ma ssaportejtx ir-rutina ddixxiplinata żżejjed tad-disinn. Ridt tesplora u ridt tkun man-nies. Ridt tiġri, tifraħ u tferraħ. Kont mimlija entużjażmu.

L-istess fil-lezzjonijiet tal-arti li konna mmorru filgħaxijiet flimkien fil-Belt. Id-dixxiplina żejda kienet tkiddek. Għax in-natura tiegħek kienet dejjem dwar spontanjetà, kulur, espressjoni u emozzjoni. Niftakrek taqsam miegħi ħsibijiet u kitbiet. Uħud dwar l-arti, oħrajn dwar l-isports, il-familja, il-politika u r-reliġjon. Niftakrek tipprova tikkonvinċini li b'xi mod il-Birgu hija belt isbaħ mill-Belt Valletta jew li ta' San Lawrenz festa isbaħ minn tan-Nawfragu! U ħallina Sab!

Gerrbu s-snin. Il-kaxxa tat-telefon ta' Triq Merkanti ma' bqajtx nużaha u llum lanqas biss għadha hemm. Minjaf x'kienet taħseb Annie ta' Sultana tal-gazzetti, alla jaħfrilha - jekk qatt innutat li wara li nixtri telecard kont niġi nċempillek ftit u ndumu xi siegħa nieħdu ras xulxin!

L-aħħar darba li tkellimna sew f'dik il-kamra l-isptar, tarrafna ħafna memorji lil xulxin u l-ammirazzjoni reċiproka li kellna għal xulxin. Ħbiberija sempliċi u ġenwina. Kuntent li sibna ħin nitkellmu u ngħidu dak li dejjem ħsibna.

Fi żmien l-10 t'Awissu gawdejna ftit mumenti mill-festa ta' Lawrenz. Int kont għal qalbek ovvjament. Ħadt gost inlaqqek ma' nies li llum huma mportanti għalija. Anki huma ħadu gost li saru jafuk. Illum kburi li fl-aħħar xhur kellna ċans nerġgħu nitkellmu ftit. Ħadt gost nerġa naġġorna ruħi fl-avventuri tiegħek madwar id-Dinja u kull ħolma u ħsieb li kellek. Ħadt gost ukoll nemmen li jien stajt kont ta' sapport f'mument iebes ta' din l-avventura li jisimha ħajja; u li int għaraft tgħix b'entużjażmu sħiħ.

Int tlaqt. Kien għad hawn bżonn tal-brijju tiegħek imma konvint li bħalissa l-ispirtu tiegħek jinsab serħan. Kif għidtlek, kulħadd għandu kliem ta' tifħir dwarek u dan l-aqwa ċertifikat li ġbart minn din il-ħajja. Ċertifikat li minnu gawdejna xi naqra wkoll aħna li missejna mal-karattru spontanju u ġenwin tiegħek.

Ħa nieqaf hawn. Il-memorja tiegħek ankrata hawn. L-imħabba lejn Malta u lejn il-Birgu fuq kollox. L-imħabba lejn il-ħajja u dak kollu li jġib avventura, ferħ u paċi. Tassew teżor tal-ġirbin! Grazzi u prosit

6 comments:

  1. Tislima xierqa lil Tezora mill Birgu. Il-Birgu jibki t-telfa ta' wahda minn uliedu, li habbitu f kull mument, sal mewt. U meta jibki l -Birgu, uliedu kollha jkunu qed jibku. Issa strieh mit tbatija, u gawdi l hajja ta' dejjem.

    ReplyDelete
  2. Prosit pawl ma kontx naf li kont daqshekk vicin taghha. Jalla tistrih fil paci.

    ReplyDelete
  3. Proset pawl. Kitba sabiha u bis sens kif taf taghmel int. Strieh fis sliem sabrina.

    ReplyDelete
  4. PROSET XI KLIEM SABIH STRIEH FIS SLIEM SABRINA

    ReplyDelete
  5. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete
  6. Grazzi talli ġibt lura lil żewġi bis-seħer ta' mħabba mill-isbaħ tiegħek Dr Larry: doctorlarry268@gmail.com

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn