Friday, 25 January 2019

Tisbita tal-beati paoli

Reġa' wasal il-25 ta' Jannar. Miegħu ħafna ħsibijiet u sensazzjonjiet kontrastanti. Qabel l-ewwel ħjiel tal-għodwa, innutajt lil sħabi jippostjaw ritratti marbuta mal-konverżjoni ta' Pawlu fuq Facebook. Illum għal ħafna Pawlini jiftaħ is-siparju fuq il-festi sbieħ li jġeddulna memorja mgħoddija lilna mingħand missierna, in-nannu u l-bużnannu. Memorja li huma, f'xifer tal-arblu familjari, talbuna nkomplu ngħaddu, kif twassal lilhom.

Filwaqt li nista' ngħid li Jeremy il-Juventin rebaħ l-isfida għall-isbaħ ritratt, (u hawn se jifraħ li l-Juve jirbħu kollox) ħsibt li jien ta' Milanist umli, stajt nesprimi ħsibijiet billi nerġa' inħażżeż erba' kelmiet minflok.

Ritratt ta' Jeremy Agius
Fl-2013 u fl-2015 ktibt dwar il-konverżjoni. Kunċett li jaffaxxinani wisq għal raġunijiet li lanqas jien għadni qatt ma għoddejt. Mhux ser nirrepeti dak li kont diġà ktibt.

L-immaġini romantika jew romantiċiżżata ta' Sawlu jinstabat minn fuq żiemel għalija tfisser li l-konverżjoni mhi xejn ħlief tisbita tal-beati paoli, dlam u nċertezza b'mistoqsijiet bħal "min int?" u "fejn se mmur?".

Il-konverżjoni tfakkarni fil-bżonn imminenti ta' umiltà. Il-bżonn li nieqfu nirkbu żwiemel jew nitilgħu fuq pedestalli biex mingħalina naħsbu li sirna xi ħadd importanti u ta' poter. Kif fakkarni sieħbi Mario lbieraħ, "kulħadd six feet under sejjer". Illum jew għada." Konverżjoni hija l-bżonn li nifgaw ix-xewqa spiss ħelwa ta' dak li fil-verità nafu li huwa tossiku.

Il-konverżjoni tibqa' tfakkarni, anki meta ma jkollix aptit niftakar, fil-bżonn tat-tjubija – dik li kontinwament teħodni fejn inweġġa' u ssabbatni bħal dawl jgħammex. Li mhux jien niddeċiedi iżda li b'umiltà nimxi lejn sejħa. Dik li kull bniedem jista' jsib biss fil-ġewwieni tiegħu u mkien aktar.

J'Alla ma nkunx trux.

2 comments:

  1. Inħobb naqsam l-esperjenza tiegħi dwar kif erġajt lura l-imħabba tiegħi {jack} u hu jħobbni lura milli nistenna. jisimni Era mill-Albanija.
    Żżewwiġt ħames snin ilu, it-tnejn għandna żewġt itfal. għexna tajjeb mhux qabel ma r-raġel il-mara tiegħu ġie jżurna. wara l-ġimgħa li telqet, ir-raġel tiegħi wkoll beda jġib ruħu b’mod redikolu. Bqajt ixxukkjat u sorpriż għax qatt ma kont naf x’qed nagħmel ħażin. qalli biex itemm iż-żwieġ tagħna u nieħu t-tfal miegħu wkoll. peress li naf li r-raġel tiegħi ma kienx raġel bħal dan b'qalb ħażina, jien biss kelli bżonn insib soluzzjoni fil-ħin. hekk kont iltqajt ma ’Dr.Sango rajt ħafna xhieda tajba dwaru. allura għamilt kuntatt miegħu u għedtlu dak kollu li ġara lili. Dr.Sango qalli li se jipprepara jespliċita għalija u talabni biex nixtri oġġetti li jien ukoll ħallast għalihom. wara li saħħartni, irriżulta li kollox fiż-żwieġ tiegħi kien l-omm tar-raġel tiegħi. hi għamlet l-ispell wisq separat għalija u għar-raġel tiegħi, l-omm tar-raġel ta 'raġel issa issa hi mistħija. kollox grazzi għal Dr.Sango li kien intitolat li jgħinni noħroġ minn dan il-mess. Dr.Sango huwa raġel tajjeb minn kliemu. tista 'tikkuntattja wkoll u ġġib lura l-kuntentizza tiegħek. jekk għandek bżonn xi għajnuna tista 'tikkuntattja lil Dr.Sango permezz tal-email tiegħu; spellspecialistcaster937@gmail.com

    ReplyDelete
  2. Har du nogensinde været udsat for et fupnummer? Har du mistet din tegnebog eller penge til falske hackere eller långivere online? Jeg beder dig om at kontakte denne pålidelige hacker og gendannelsesekspert ÆGTE HACKER. Jeg var et offer for falske mennesker, der udgav sig for at være binære optioner og bitcoin-investorer, jeg mistede en sum på $10.000 og 2BTC fra min bitcoin-pung til disse svindlere. Det tog et stykke tid, før jeg indså, at de var falske og følte mig virkelig såret. Så hørte en af mine venner om det og anbefalede mig til GENUINE HACKER, som hjalp mig med at genvinde alt det, jeg mistede. For mere information send en e-mail til GENUINEHACKERS000@GMAIL.COM eller via WhatsApp +1 (260) 218-3592.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn