Friday 6 January 2012

Franco u l-"Yes Men"

L-iktar mument li ċaqlaqni fl-aħħar ġimgħa, le, ma kienx il-goal ta' Tim Howard, lanqas l-irwiefen tal-Ġimgħa u wisq iktar il-lecture ikkanċellat bla mistenni fit-8am.

Kienu ftit kelmiet li qaltli persuna mhux Maltija, mħarrġa u ta' ntellet għoli ħafna li spjegatli kif hawn Malta, l-ulied Maltin jitrawwmu f'sistema edukattiva u kulturali li tiprogrammak sabiex tifhem, tobdi u tieħu post dak ix-xwejjaħ li jirtira filwaqt li ma tgħatikx iċ-ċans tqum kontriha. Kultura tal-"IVA" u tal-"Yes Sir!" fejn min jgħid "LE" isir periklu nazzjonali. Kultura servili li nġorru bħala persuni u fl-opinjoni tiegħi anki bħala pajjiż, meta nitkellmu fuq termini ewropej.

Interessanti l-punt li jsostni dan l-argument; kumbinazzjoni punt għal qalbi wkoll... it-tneħħija tal-monument tas-Sette Giugno minn quddiem il-Parlament. "L-uniċi Maltin li qamu u mietu għad-drittijiet tal-poplu twarrbu mill-iktar pjazza mportanti tagħkom" - qaltli din l-istess persuna.

Tassew! Tgħid huwa minnu li s-sistema tipprova twarrab kull persuna jew tifkira li tista tfakkar id-dritt tal-protesta u/jew id-dritt tal-poplu li jmexxi pajjiżu?

Bis-sitwazzjoni fix-xenarju politiku ta' bħalissa, ma nsibx risposta oħra ħlief "iva" ċara u tonda! Dan narah ċar bil-metodi xejn eleganti li bih qed jiġi ndirizzat id-deputat Franco Debono fuq il-midja u netwerks soċjali. Nibdew bil-Professur Henry Frendo li ndirizzah bħala "a no-quantity back-bencher", u nkomplu bil-proġett mitiku fuq facebook fejn qed tiġi mitluba r-riżenja ta' Debono. Kien hemm min qallu li jħobb jiekol waħdu mill-platt u biex tkompli, bħalissa qed tinġabar petizzjoni minn xi kunsill sabiex jirriżenja. Dan kollu filwaqt li issues jaħarqu li nvolvew parlamentari oħra ġew injorati - kważi kważi b'nifs qawwi 'l barra!


Tassew sitwazzjoni tad-daħk, fejn għal darba oħra, ż-żewġ timijiet (li jaqblu biss waqt xi attività ta' ġbir ta' fondi fejn ikun hemm bżonn ħafna qargħa ħamra), qegħdin jużaw lill-Onerevoli Debono biex jiddefendu x-xibka qaddisa tagħhom.

Tal-PL, bdew jixgħelu x-xemgħat quddiem figuri ta' Franco Debono, jużaw b'ċertu entużjażmu, it-termini li ħareġ bihom hu bħal "oligarkija", "klikka" u "evil" u jibbettjaw fuq iċ-ċans li l-pożizzjoni tiegħu twassal lil Lawrence Gonzi jsejjaħ elezzjoni. Dan kollu biex jaħarqu lil kowċis, plejers u partitarji tat-tim il-blu.

Tal-PN, minn naħa l-oħra, ipenġu lil Debono (wieħed minnhom) bħala traditur, ikantaw l'"Hallelujah" lil Gonzi, u jiddeskrivu lil min jappoġġja atteġġjament bħal ta' Debono bħala megalomaniaċi. Kważi kważi nħoss li hemm min minnhom diġa lesta masġar u ħabel għal dan il-Ġuda! Saħansitra hemm min qal li kien hemm il-qniepen fil-kurva sud! Sforz kollettiv sabiex ma jħallux ħjiel ta' tort fuq il-gowler ta' jdejh sodi u biex ma jpaxxux lill-avversarji tal-flokkijiet u peduni ħomor.


Innutajt li ftit jifhmu eżatt is-sens li hemm x'toħroġ mill-atteġġjament ta' Debono f'dan il-mument. Hu x'inhu l-karattru ta' Debono, huma l-pożizzjonijiet li ħa f'dal mument li naħseb ta' min wieħed jirrikonoxxi. J'Alla li għal kuntrarju tas-Sur Engerer ma' jaqsamx il-pitch u għal kuntrarju ta' JPO ma jibqax fejn hu, kontra qalbu! Naħseb wasal iż-żmien li bħalu nisħqu li hemm bżonn tinbidel il-mentalità fejn il-Partiti jiġu qabel l-iStat. Fejn hemm bżonn ma naċċettawx aktar sistemi fejn il-klikek igawdu.

U jekk jifdallek dubju kemm dan huwa minnu, tidħol facebook u ssib diskursati hekk minn partitarji nazzjonalisti:



Issib ukoll diskussjonijiet simili minn partitarji laburisti li filwaqt li jittamaw f'elezzjoni minn fuq l-għoġol sagrifikat, jiddiskutu kif fil-futur, persunaġġi "perikolużi" bħalu ma għandhomx jitħallielhom ċans li jkunu fil-Parlament! Li ma jmurx jiġbdu l-attenzjoni fuq problemi fit-tmexxija u jtellfuhom mill-poter:



X'nikkonkludi minn dan kollu? Nikkonkludi li l-aqwa deskrizzjoni li qatt ingħatat tal-akbar 2 partiti Maltin irnexxielu jgħatiha biss is-Sur Norman Lowell. Nikkonkludi li l-Prim ħa erbgħa snin sabiex jgħati każ ideat validissimi ta' wieħed mill-MPs eletti, li ġenwinament jidher entużjast u lest li jaħdem. Nikkonkludi li min illum qed jitmejjel b'rappreżentant tiegħu/tagħha għax ftaħar bir-riżultati tal-iskola filwaqt li jinsa li dan tkellem ukoll dwar realtajiet li kienu qed jintefgħu taħt it-tapit, ma jafx jiżen is-serjetà tal-politika! Nikkonkludi li dak huwa autogol u li dawn il-Yes Men huma il-vera Skarjota. Dak li xeħet dawl fuqu Franco Debono huwa iktar importanti mill-persunaġġ u m'għandux jiġi njorat, huwa x'inhuwa s-sors!

4 comments:

  1. Brillanti Pawl!

    Ifakkarni ħafna fil-ktejjeb ta' Mark Montebello, 'Il-Fidwa tal-Anarkiżmu' fejn fih jargumenta li l-persuna għandha taħseb u tirraġuna barra mill-parametri tal-instituzzjoni.

    Sfortunatament dan il-każ juri kemm aħna nistmaw l-instituzzjonijiet ħafna aktar mill-argumenti validi kemm huma validi!

    ReplyDelete
  2. grazzi jean paul! Hekk hu sfortunatament!

    ReplyDelete
  3. naqbel ma dak kollu li ghidt.

    hallejtlek dak il kumment fuq fb ghax minn kliemek (sa offerejtlu li tizzewgu kieku kont mara hehehe) hasejtek li qed tkun wisq naive fil konfront tal ambizzjonijiet ta Franco (u ta kull politiku iehor).

    ovvjament naqbel mieghek fuq l-affarijiet l ohra kollha rigward il poltiika maltija.
    narak
    Fre

    ReplyDelete
  4. l-ewwel ridt tkun taf x'immotivani nghidlu hekk Fre! :) ghal grazzja t'alla ma nqiesx ruhi naive anzi - nahseb li kapaci nghid fejn hu tajjeb u hazin kemm jekk blu, ahmar, ahdar jew liem kulur ikun. nerga nghidlek grazzi tal kummenti imma.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn