X'naqbad ngħid fuq dan ir-raġel? Persuna li żewwaq b'tant sempliċità it-tfulija tiegħi meta spiss kont immur biex nagħmel xi qadja lil ommi; nidħol bil-ġirja fil-ħanut tat-té ta' Frans "il-Giles" u ngħidlu x'kellna bżonn.
Sakemm jinqala' minn wara l-bank u jidħol fil-kamra mudlama fuq il-lemin sabiex iġib dak li nkun tlabtu, kont nintefa ninnota lil xi erba' irġiel bilqiegħa, jaqraw gazzetta jew jieħdu t-té. Kien żmien ieħor u aħjar. Mingħajr il-mobile, mingħajr Facebook u Instagram. Dak iż-żmien in-nies kienu jiltaqgħu wiċċ imb'wiċċ sabiex jitkellmu u izekzku.

Niftakar ġranet meta akkumpanjajt lill-għażiża ommi għax-xirja, dħalna għand Frans u b'ġentilezza liema bħalha, isellem u jibda xi diskursata, minn dawk li ommi tant kienet tħobb. Kelmtejn dwar dak li kien qed jiġri fl-inħawi jew dwar valuri jew dwar kif bdew jinbidlu ż-żminijiet. Kont naffaxxina ruħi ninnota d-diskursata titwieled, tinbet u tiżvolġi fi ftit sekondi. Niftakar lil Frans jirrakkonta ġrajjiet passati, meta fl-aqwa tiegħu kien Pulizija jekk m'inix sejjer żball. Kien raġel rett u jisħaq li l-irġulija titlob rispett u kelma soda.
Nista' ngħid li Frans kien skuża għall-ewwel passi ta' indipendenza għalija. Ommi, li kienet b'sebgħa għajnejn fuq binha, ma damitx ma bdiet tafdani mmur b'xirja jew insarraf xi ftit flixken tal-ħġieġ sabiex Frans isarrafomlna fi ftit ċenteżmi. Kienet tara li kull flixkun ikun nadif tazza sal-inqas dettall, tgħabbihom f'basket taċ-ċarruta daqstant ieħor nadif tazza u tibgħatni 'l hemm, konxja li Frans ser jagħmilli premura sabiex mingħandu nerġa' dritt lura lejn id-dar. U hekk kien ikun, għax għall-grazzja t'Alla dejjem sibt hena fid-dar sakemm il-ħajja ma ħaditniex kollha kemm aħna f'toroq mudlama bla mistenni.

'Sporting Clive' fi Triq Santa Luċija, fil-Belt Valletta |
'Sporting Clive', għax hekk kien jismu l-ħanut ta' Frans, ilu li għalaq. Jgħidu li kien ħadulu l-Gvern. Jgħidu ħafna imma l-verità qatt ma sirt nafha. Dejjem ħlomt li nerġa nara lil Frans jipprova jixref f'dik il-gallarija minuskola, għoddha ser iċċedi, sabiex isaqqi qasrija jew jagħti titwila fi Triq Lvant. F'dak il-ħanut kont inħossni 'home' u forsi minn hemm bdejt nifhem is-sbuħija tal-komunità.
L-aħħar darba li kellimt lil Frans kien taħt il-gallarija tiegħu ħdejn Ta' Liesse. Irrakkuntali kif xi ħadd kien daħallu d-dar u serqu. Bħal dejjem, saqsieni kif tinsab ommi u daqs li kieku hu ma kien għaddej mill-ebda tbatija, tani dik il-ħarsa li tgħid ħafna; jew kollox.
Dawn il-persunaġġi bħal nistħajjilhom ser jgħixu għal dejjem. Qatt ma bsart li dik kellha tkun tal-aħħar u saħansitra ilbieraħt lura ħarist lejn il-gallarija biex nara narahx kif kien qed ikun fl-aħħar snin.
Illejla filwaqt li l-inħawi fejn seħħ dan kollu jinsab mifqugħ bil-kant idarras ta' Ivan Grech u jien qed nipprova ngħarraq il-ħoss bi ftit mużika mill-Palestina, id-dmugħ jinżel hekk kif ninduna li biċċa tassew sabiħa mill-identità li sawwritni u dik Beltija, intemmet. Belti kif nafha, tkompli tisparixxi.

Ma jibqax biss memorji ta' Frans. F'moħħi jiġu ulied Frans u anki n-neputijiet tiegħu, ħbieb tiegħi - dawn tal-aħħar uħud mill-aħħar eżemplari ta' tfal Pawlini Beltin li għadna x-xorti ngawdu – u noħlom li jekk ikolli x-xorti nixjieħ bħalma xjaħ Frans, narahom jiġġieldu huma wkoll għal dak li hu Belti, dak li hu tal-komunità, rett, skjett, ġenwin u ta' valur.
Intemm dan il-ħsieb bil-memorja tal-vetrina tal-injam u ħġieġ li kellu Frans fil-ħanut. Il-ġenna minn hemm bdejt nifimha. Kienet vetrina antika, mhux wisq mgħobbija bi prodotti, imma fiha kont nilmah dawk il-gallettini jew ċikkulati li ta' tifel li kont dejjem tlabt lil ommi ma tinjorax! U hekk kif kienet tisma' talbi u nara lil Frans jgħolli l'atu sabiex inewwel dak li nkun xtaqt, kont intiegħem ferħ ġenwin li ma kontx insib fi ħwienet oħra.
Grazzi Frans. Kif saħaq sieħbi Mario Vella l-Brikkun, kultant niżolqu nożannaw lil xi ħadd li jiġi nieqes u npenġuh bħal qaddis miexi fuq l-art. Ma ngħidx li kont qaddis imma llum nixtieq infakkar is-sbuħija tas-sempliċità li kont tħaddan. Nitlob li l-Mulej ineħħi dik il-kisra minn għajnejk u jibdilha fi dmugħ ta' ferħ kbir li bis-sempliċità ta' ħajtek, għoġbok trawwem madwarek u anki fija. Grazzi ħafna Giles – konvint li, li kieku tiftakar fik, illum, anki ommi qed tibkik.

Hello u Merħba għal Spotcap Global Financial Services, Jisimni Claudia Klein, jiena selliefa u wkoll konsulent finanzjarju. Noffru kull tip ta’ servizzi ta’ self
ReplyDeleteGħandek bżonn kbir ta' Tisħiħ Finanzjarju? Għandek bżonn self għal diversi skopijiet? jekk it-tweġiba tiegħek hija iva, nagħtik parir biex tikkuntattja lill-kumpanija tiegħi permezz ta' | spotcapglobalservices@gmail.com | jew ibgħat sms fuq WhatsApp permezz ta': +31642117819 | u jkollok self fil-kont tiegħek fi żmien 24 siegħa għaliex nipprovdu Servizzi ta’ self Eċċellenti mad-dinja kollha.
Noffru kull tip ta’ servizzi ta’ self (Self Personali, Self tan-Negozju u ħafna Aktar), noffru kemm self fit-tul kif ukoll għal żmien qasir u wkoll tista’ tissellef sa 15-il miljun ewro u nagħtu self b’rata ta’ imgħax baxxa ta’ 3% fis-sena. Il-kumpanija tiegħi tgħinek tikseb varjetà ta 'miri b'firxa wiesgħa ta' prodotti ta 'self.
Nirrikonoxxi l-fatt li l-kisba ta’ self leġittimu dejjem kienet problema kbira Għal individwi li għandhom problema finanzjarja u jeħtieġu soluzzjoni għaliha, ħafna nies qed isibuha daqshekk diffiċli biex jiksbu self ta’ ekwità mill-banek lokali tagħhom jew minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba rata ta 'imgħax għolja, kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta' dejn għal dħul, punteġġ ta 'kreditu baxx jew kwalunkwe raġuni oħra
M'hemmx aktar ħinijiet ta' stennija jew żjarat stressanti fil-banek. Is-servizz tagħna huwa disponibbli 24/7 - tista 'tikseb self u tlesti t-tranżazzjonijiet tiegħek kull meta u kull fejn għandek bżonnha
Aħna nipprovdu servizzi ta' self ta' 24 siegħa ta' Klassi Dinjija. Għal Mistoqsijiet/Mistoqsijiet? - Ibgħat Email lil | spotcapglobalservices@gmail.com | jew ibgħat sms fuq WhatsApp permezz ta': +31642117819 | & Irċievi tweġiba immedjatament
Il-Familja, il-Ħbieb u l-Kolegi Tiegħek M'għandhomx Bżonn Tkun Taf li Ghandek Ftit Fi flus kontanti, Sempliċement ikteb lilna u tirċievi self.
Il-libertà finanzjarja tiegħek tinsab f'idejk!!