Monday 9 December 2013

L-Internet u l-Melita

Għal darb' oħra, erġajt ħallejt għall-aħħar biex inħallas il-kont ta' madwar €80 għas-servizz tal-Internet mal-Melita. Għaldaqstant, għal darb'oħra, qomt mingħajr is-servizz għax il-Melita b'eleganza liema bħalha u mingħajr pre-avviż hekk jitrattaw ma' klijenti li ilhom sa mill-bidu tal-elfejnijiet jużaw u jħallsu għas-servizzi tagħhom.


Pruvajt nidħol fis-sit elettroniku tagħhom - taf int - timmaġina li ser jgħatuk aċċess biex għallinqas tħallashom u tkun tista' titlob is-servizz lura. Imma le. L-ebda aċċess.

Imsomma, ċempiltilhom mill-mobile u bħal dejjem bdiet il-litanija ta' messaġġi rrekordjati li ma jgħinu xejn f'mumenti ta' frustrazzjoni. Messaġġi bil-Malti segwiti minn interpretazzjoni bl-Ingliż li jtertqulek qalbek iktar minn maġistrat kiefer li jdum idur mal-lewża biex jaqtahielek għall-forka!

- Messaġġ ta' Merħba (Malti u Ingliż)
- Stedina biex tgħażel bejn 1 u 2 skond il-lingwa li tippreferi.
- Hawn tiġi mgħarraf li t-telefonata jaf tkun irrekordjata
- Tintgħalab iddaħħal in-numru tal-kont tiegħek magħhom
- U hawn tingħata dettalji dwar l-istat tal-kont tiegħek
- Issa jmiss jinfurmawk li tinsab f'menu prinċipali fejn tingħata 5 għażliet…
- U minn hemm, wara grazzi, tgħaddi għal menu ta' 4 għażliet oħra
- Eventwalment hawn tiġi mgħarraf li ser tiġi trasferit ma' rappreżentant tal-'Customer Care'

Il-beżżul fija jispikka f'dawn il-mumenti. Spiċċali l-kreditu f'nofs telefonata u ara ma taħsibx li ċempluli lura! Le, erġajt ċempilt minn mobile ieħor fil-familja. Martirju ieħor, għalkem din id-darba għafast in-numri mingħajr ma kelli nisma kollox.

Għall-erwieħ! X'għall-erwieħ! Staqsejt nistax ngħati l-informazzjoni tal-kard tal-kreditu biex inħallas il-kont iżda qaluli li rrid immur f'uffiċċju minn tagħhom għax m'għadhomx jaċċettaw pagamenti mit-telefonati. Qaluli li nista' nħallas minn fuq my.melita.com ukoll… bħal donnhom insew għaliex qed inċempel!

Għal grazzja t'Alla skoprejt li mill-kamra l-baxxa nista' naqbad bis-serqa ma' network ta' uffiċċju fil-viċin, u allura min hawn u minn hemm irranġajt is-sitwazzjoni. Imma x'kedda!

1 comment:

  1. Kull min qed jaqra din ix-xhieda llum għandu jiċċelebra miegħi u l-familja tiegħi għax kollha bdew bħala ċajta għal xi nies u oħrajn qalu li kien impossibbli. Jisimni Ruben lucas u jien minn malta, imma niċċaqlaq f 'Chicago US ma' marti. Jiena miżżewweġ ferħan ma 'żewġt itfal u mara sabiħa. Ġara xi ħaġa ħażina mal-familja tiegħi, tilef ix-xogħol tiegħi u martu telqu mid-dar tiegħi minħabba li ma nistax nieħu ħsieb tajjeb ta 'lili nnifsi u l-bżonnijiet tal-familja. minnha u t-tfal tiegħi f'dak il-mument partikolari. Jien irnexxieli għal disa 'snin, l-ebda mara ma tappoġġini biex nieħu ħsieb it-tfal. nipprova nibgħat messaġġ tat-test lil marti imma hija timblokka lili milli titkellem miegħu nipprova nitkellem ma 'ħabibha u mal-membri tal-familja tagħha imma xorta naf wieħed jista' jgħinni u jien kont qed nissottometti applikazzjoni aktar tard lil ħafna kumpaniji imma xorta huma għamlu M'għandekx ċempilli, sakemm ġiet ġurnata leali li qatt ma ninsa f'ħajti. Meta ltqajt ma 'ħabib antik ta' mini spjegajt id-diffikultajiet kollha tiegħi u hu qalli dwar raġel kbir li jgħin lilu jsib xogħol tajjeb fil- kumpanija tal-koka kola u qalli li l-ortografija tiegħu imma jien persuna li qatt ma temmen fil-kastell ta 'l-ortografiċi imma iddeċidejt li jipprova hu u ismu huwa Drosagiede huwa ta struzzjonijiet u wera lili x'għandek tagħmel f'dawn it-tlett ijiem minn Ikla l-ikla l-ikla ta 'nofsinhar. Insegwi l-istruzzjonijiet kollha u nagħmel dak li talabni biex nagħmel tajjeb. hu jaċċerta ruħu li kollox mar tajjeb u marti jerġgħu narawni wara xogħol sabiħ ta 'Drosagiede. Marti ċempelni b'numru mhux magħruf u skużatha u qaltli li hi tassew taqbeżni u t-tfal tagħna u martu jirritornaw lejn l-Intern. U wara jumejn Kumpanija li jien kont qed tissottometti l-ittra ta ’apprezzament tiegħi msejħa, issa jien il-maniġer ta’ Paragon kumpanija hawn fl-Istati Uniti. Nagħtik parir jekk għandek xi problemi jew inkella n-negozju tiegħek falla ibgħat messaġġ lil din l-email: doctorosagide75@gmail.com u int se tingħata l-aħjar riżultat. Ħu l-affarijiet għall mogħtija u se tittieħed mingħandek. Nixtieqlek l-aqwa.

    ReplyDelete

Ikkummenta hawn